STQARRIJA MAHRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
L-Oppożizzjoni llum ikkonfermat it-tendenza distruttiva u negattiva li qed tieħu taħt it-tmexxija ta' Simon Busuttil meta saħansitra vvutat kontra li jkun hemm sorvelja u moniteraġġ tal-Individual Investor Programme, il-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment.
Fuq direzzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Oppożizzjoni vvutat kontra li jkun hemm regolatur, kariga li għaliha l-Prim Ministru digà ħabbar li qed jipproponi lill-eks-Kap taċ-Ċivil Godwin Grima u saħansitra kontra li jkun hemm bord tal-moniteraġġ magħmul mill-Prim Ministru, il-Ministru inkarigat u l-Kap tal-Oppożizzjoni. Din l-attitudni negattiva tikkonferma li l-Oppożizzjoni tinsab f'paniku u ma tridx li dan il-programm jaħdem għall-ġid tal-pajjiż.
Il-gvern konvint li b'dan il-programm se jkollna Malta aktar b'saħħitha u Malta aktar ġusta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262038
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
PR262037