Left arrow Mur Lura

IL-FESTIVAL INTERNAZZJONALI TAL-KANZUNETTA MALTIJA LURA WARA 11 –IL SENA

pr2483
Date Icon 08/11/2013

Is-Segretarju Parlamentari Jose Herrera, ilbieraħ żar Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, u segwa mill-qrib l-aħħar preparamenti għall-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija. Dan il-festival qed jittella’ bil-kollaborazzjoni tas-Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u l-Gvern Lokali u se jixxandar live fuq TVM2 u TVM.

Is-Segretarju Parlamentari intlaqa’ mic-chairman tal-kumitat “Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija” is-Sinjura Josette Grech Hamilton u s-segretarju s-Sur Robbie Cefai u l-membri l-oħra tal-kumitat. Huwa ġie spjegat li kollox jinsab lest  u preparat biex is-Sibt titellgħa s-serata finali tal-Festival Internazzjonali tal-Kanzunetta Maltija. Fil-Fatt huwa ġie spjegat li l-Festival jinsab sold out għaliex it-tickets li kien hemm disponibli inbiegħu kollha.

Dan il-festival se jkun qed jirritorna bil-kbir wara waqfa ta’ ħdax –il sena.

Fl-edizzjoni finali mistennija jipparteċipaw 12–il kantant ta’ nazzjonalità barranija u 14 oħra Maltin, li fil-maġġoranza tagħhom huma kantanti popolari u stabbiliti fix-xena tal-mużika lokali.

Ix-xandira tibda fis-19:30 fuq TVM2 fejn ser jixxandru l-kanzunetti interpretati mill-kantanti barranin, filwaqt li għall-ħabta tad-20:45 ta’ filgħaxija, t-trażmissjoni diretta tkompli fuq TVM, fejn se jixxandru l-kanzunetti li se jiġu interpretati mill-kantanti lokali.

Is-Segretarju Parlamentari radd ħajr lil dawk kollha li ħadmu biex dan il-Festival jiġi organizzat fuq livelli professjonali, inkluż il-membri tal-kumitat li ħadmu bla waqfien fuq dan il-proġett. Huwa radd ħajr ukoll lis-Sur Normann Hamilton, illum Kummissjoni Għoli Malti għar-Renju Unit, li emmen f’dan il-festival u għen biex jittella’.

Il-Festival Internazzjonali Kanzunetta Maltija qed jgħaqqad bosta ġenerazzjonijiet flimkien, qal Herrera, u għalhekk il-ministeru ħass li kellu jagħti l-għajnuna tiegħu biex jittela’. Qal li l-kanzunetti bil-Malti hawn għatx għalihom u xhieda ta’ dan kien il-fatt li l-biljetti għas-sala inħatfu. Huwa rringrazzja wkoll lit-tmexxija tal-PBS li għenet bil-kbir biex il-Festival ikun jista’ jintwera live fuq l-istazzjon Nazzjonali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru ta’ kooperazzjoni turistika fil-Mediterran

PR262037

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow