STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U GVERN LOKALI
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali José Herrera qed jippubblika d-deċiżjoni li rċieva mingħand il-Bord tal-Governanza Lokali dwar il-Proġett Dar tal-Anzjani, Parkeġġ u Uffiċċini Ġodda mill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan.
Kien is-Segretarju Parlamentari li talab lill-Bord tal-Gvernanza biex jevalwa l-każ. Dan ir-rapport jiġġustifika l-pożizzjoni li ħa s-Segretarju Parlamentari meta ordna lill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan biex iwaqqaf il-proċess.
Is-Segretarju Parlamentari jħoss li dan ir-rapport huwa messaġġ ċar, iebes u b'saħħtu lill-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan u l-bqija tal-Kunsilli Lokali f'Malta u Għawdex biex id-deċiżjonijiet tagħhom ikunu skont il-liġi u trasparenti.
Għandu jingħad li l-Kunsill Lokali ta' San Ġiljan aderixxa mad-direzzjoni li ngħatat mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali u lleġittimizza l-pożizzjoni tiegħu.
Attachments:
pr2482a.pdf
Other Press Releases:
PR262038
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
PR262037