ŻJARA F’SANTA TEREŻA, KERĊEM
Ilbieraħ il-Ħamis is-7 ta’ Novembru il-Ministeru għal Għawdex f’attività fl-iskola primarja ta’ Santa Tereża f’Kerċem esprima s-sodisfazzjon li f’dinja mgħaġġla bħal tal-lum qed jiġu organizzati attivitajiet li jqajmu kuxjenza dwar l-istil ta’ ħajja li ngħixu fiha u li tghin biex wiehed jimxi ’l quddiem u jderri liu nnifsu fi stil ta’ saħħa aħjar u b’aktar attenzjoni. Dan huwa ta’ importanza akbar meta jkollok tfal żgħar fl-età.
F’isem il-Ministru Dr. Anton Refalo ġie ppreżentat ċekk ta’ 900 euro bħala bilanċ għal 3,000 euro li ngħataw biex jinxtara apparat adegwat biex jintuża għall-attivitajiet sportivi f’din l-iskola u awgura li tkompli titqajjem kuxjenza dwar saħħa ahjar biex bil-mod il-mod din tiġi l-mentalità ta’ kuljum.
Other Press Releases:
PR262038
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
PR262037