Left arrow Go Back

IL-MINISTRU FRANĊIŻ GĦAN-NEGOZJI ŻGĦAR U MEDJI, INNOVAZZJONI U EKONOMIJA DIĠITALI TAĊĊETTA STEDINA BIEX TIFTAĦ SEMINAR F’MALTA DWAR L-EKONOMIJA DIĠITALI

pr2469
Date Icon 07/11/2013

Il-Ministru Franċiz għan-Negozji Żgħar u Medji, Innovazzjoni u Ekonomija Diġitali Fleur Pellerin aċċettat stedina li saritilha mill-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona, biex tindirizza seminar f’Malta dwar l-ekonomija diġitali.

Matul laqgħa li saret fil-Ministeru tal-Ekonomija u Finanzi f’Pariġi, il-Ministru Cardona ddiskuta mal-Ministru Franċiz l-eżitu tal-aħħar laqgħa tal-Kunsill Ewropew li tratta fost l-oħrajn is-suġġett tal-ekonomija digitali. Dr. Chris Cardona qal li Malta tgħati importanza kbira lill-aġenda diġitali tal-ewropa u l-implimentazzjoni tagħha. Saħaq li hemm bzonn tissokta l-ħidma biex nilħqu l-potenzjal li kapaċi jofri s-suq waħdieni diġitali u jkunu indirizzati d-diffikultajiet eżistenti.

Fuq l-aġenda tal-Ministri kien hemm ukoll in-negozji żgħar u medji, biż-żewġ naħat jiddiskutu l-possibilità li jkun hemm aktar skambji ta’ informazzjoni bejn iz-żewġ pajjiżi fuq dan is-suġġett. Iddiskutew ukoll il-possibilità li Malta tipparteċipa attivament f’seminars li jkunu organizzati Franza biex in-negozji Maltin jitgħalmu mill-operat ta’ ċertu kumpaniji ta’ suċċess fil-pajjiż.

Matul il-laqgħa l-Ministru Cardona tkellem ukoll dwar it-traġedja umana tal-immigrazzjoni irregolari u l-ħtieġa li Malta tingħata l-għajnuna neċessajra biex tindirizza din ir-realtà.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru ta’ kooperazzjoni turistika fil-Mediterran

PR262037

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċ...

More Press Releases Right arrow