JUM IT-TIFKIRA - IL-ĦADD, 10 TA' NOVEMBRU, 2013
Jum it-Tifkira, li huwa ċċelebrat fil-pajjizi kollha tal-Commonwealth, b'ġieħ il-vittmi kollha taż-żewġ Gwerer Dinjija, se jkun mfakkar f'Malta mill-Kumitat Festi Nazzjonali nhar il-Ħadd, 10 ta' Novembru, 2013.
Għall-okkażjoni se jkun hemm quddiesa konċelebrata fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta. Din se tkun immexxija mill-E.T. Rev.mu Monisinjur Pawl Cremona, Arċisqof ta’ Malta u tibda fid-9.15 ta’ filgħodu.
Qabel il-Quddiesa, il-President ta' Malta jispezzjona Gwardja tal-Unur mill-Forzi Armati ta' Malta. Tieħu sehem ukoll il-Banda tal-Forzi Armati.
Wara, fil-10.40 ta’ filgħodu, issir ċerimonja ta' Tifkira ħdejn il-Monument tal- Gwerra, il-Floriana. Matul din iċ-Ċerimonja jitqiegħdu kuruni mal-Monument tal-Gwerra mill-għola awtoritajiet nazzjonali u persuni distinti flimkien ma’ għaqdiet oħra li ser jattendu wkoll għall-Quddiesa.
Il-Forzi Armati ta' Malta u Kontingent mill-Korp tal-Pulizija se jifformaw flimkien Gwardja tal-Unur għal matul iċ-Ċerimonja tat-Tqegħid ta' Kuruni. Jieħu sehem ukoll kontingent ta' ex-Servicemen mir-Royal British Legion flimkien ma organizazzjonijiet oħra.
L-appell tradizzjonali ta' Jum it-Tifkira mill-Poppy Day Appeal Fund, bħala għajnuna lil dawk il-Maltin li kienu fis-Servizzi u lid-dipendenti tagħhom issir fl-istess perjodu ta’ żmien.
Other Press Releases:
PR262038
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
PR262037