Left arrow Go Back

L-ONOR. EDWARD ZAMMIT LEWIS JIFTAĦ ĊENTRU TAL-ICT FIL-KUNSILL LOKALI TAL-IMSIDA U L-PROGRAMM LEARN IT

pr2464
Date Icon 07/11/2013

Waqt it-tnehdija ta’ ċentru tal-ICT ġdid fil-kunsill lokali tal-Imsida , is-Segretarju Parlamentari għall-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku l-Onor Dr Edward Zammit Lewis saħaq fuq l-importanza tal-informatika fid-dinja tal-llum. Huwa spjega li illum wieħed li ma jkunx jaf jagħmel użu mit-tekonloġija tal informatika ikun żvantaġġjat ħafna.  Permezz tal-MITA il-Gvern qed jaħdem biex issaħħaħ is-servizzi tal-eGovernment, iżda sintendi biex wieħed jkun jista’ jagħmel użu minn dawn is-servizzi irid ikun jaf jagħmel użu mil-ICT. 

“Qegħdin innaqqsu d-digital divide, diġa nehdejna numru ta’ programmi nazzjonali.  Il-program Learn IT parti mill ICT For You li se jibda dalwaqt madwar Malta u Għawdex se jwassal biex mijjiet ta’ persuni Maltin u Għawdxin li qatt ma wżaw kompjuter, jużaw l-komputer għall-ewwel darba u jkollhom ħiliet tal-ICT.  Fi ftit ġimgħat diġa applikaw il-fuq minn elfejn persuna minn madwar Malta u Għawdex, inħeġġeġ lill pubbliku biex dawk li ghadhom ma applikawx japplikaw sa l-aħħar ta Novembru. Inizjattivi bhal dawn jgħinu bi sħiħ sabiex titnaqqs l-esklużjoni soċjali.  Iktar minn hekk se jipprovdi ħiliet biex jissaħħaħ l-kunċett tal-eDemocracy” 

L-iskop tal-gvern huwa li nkomplu noħolqu u ninċentivaw  programmi edukattivi fl-ICT sabiex waqt li nzidu l-ħiliet fl-ICT nnaqqsu d-digital divide.  Permezz tal-kunsilli lokali qegħdin nersqu qrib iċ-ċittadin billi nwasslu t-tagħlim ta’ għodod moderni u diġitali li huma importanti ħafna l-ħajja tagħna llum, hekk permezz tal-Kunsilli Lokali, verament inkunu qrib taċ-ċittadini.

L-Onor Zammit Lewis stqarr li din tal-lum hija eżempju ċar ta koperazzjoni pożittiva bejn il-privat u l-Gvern (Public Private Partnership) fejn gie mnehdi ċentru tal-ICT ghal ġid tal-kommunita’ kollha biex nkomplu nifirxu t-tagħlim tul il-ħajja.  Effettivament dan iċ-centru huwa mgħammar b’hardware u software tal-ahhar u wiehed li juza teknologija eco-friendly.  Is-Sindku Margaret Baldacchino Cefai spjegat li l-kunsill lokali ghandu f’moħħu diversi inizjattivi oħra eco-friendly u qed thares il-quddiem biex iktar residenti jkomplu jedukaw ruhhom fl-ICT bis-saħħa tal-Kunsill Lokali. Min naħa tiegħu s-Sur Ray Abela d-Direttur Maniġerjali tat-TCTC spjega li huwa ta pjacir tiegħu li qed jaħdem ma diversi kunsilli lokali madwar Malta u Għawdex biex nippromovu l-hiliet tal-ICT.  Prezenti ukoll kien hemm L-Onor David Agius li fahhar din l-inizjattiva u saħaq li Gvern se jsib l-appoġġ tal l-Opożizzjoni għall progetti bħal dawn li jorbtu l-Ekonomija Digitali u l-Kunsilli Lokali.

L-Onor Zammt Lewis saħaq li mira oħra tal-gvern hi, li jħares li l-ħaddiem ikollu l-opportunità li jitħarreg f’ suggetti tal-ICT li jagħmluh aktar effiċjenti u employable, hekk inkabbru l-ħiliet tal-ħaddiema tagħna.  Huwa fakkar li l-istastistika turi biċ-ċar li l-maġġoranza ta dawk l’ fuq minn 45 sena ma jafux jagħmlu użu tal-komputer , meta wieħed iqis li dan il-faxxa fis-soċjetà tagħna issib l-iktar diffikultà fl-employability, iktar naprezzaw programmi edukattivi u l-bżonn li nsaħħu l-ħidma tagħna.

Huwa l-impenn tal-gvern li jaħdem fuq inizjattivi bħal dawn biex inkomplu ngħallmu u nissimplifikaw l-operat ta gvern eletroniku u diġitali. Il-MITA taħdem kontinwament sabiex itejjeb u tissimplifika kemm jista' jkun is-sistemi tal-eGovernment.  Aktar kemm ikollna socjetà moderna aktar l-gvern jista jimraħ biex jiġġenera servizzi ġodda ibbazzati fuq elettronika. 

L-Onor Edward Zammit Lewis temm jgħid li l-miri tal-Gvern għall-Soċjeta Digitali jintlaħqu biss jekk inkomplu nagħtu dan it-tgħalim lil ġenerazzjonijiet kollha inkluż l-anzjani tagħna, biex tabilħaqq ikollna soċjetà moderna u minn tal-aqwa fl-Ewropa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru ta’ kooperazzjoni turistika fil-Mediterran

PR262037

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċ...

More Press Releases Right arrow