STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-IPPJANAR U SIMPLIFIKAZZJONI AMMINISTRATTIVA, L-ONOR. MICHAEL FARRUGIA
pr2461
06/11/2013
Is-sitwazzjoni tal-Australia Hall
Il-Partit Laburista kellu dritt permezz ta’ kuntratt ta’ tpartit li kellu mal-Malta Ship Building, li jekk kemm-il darba l-Gvern jibqa’ jinsisti li jieħu l-Awstralia Hall, il-Partit Laburista ixolji l-kuntratt u jieħu lura l-istess propjetà.
Il-Gvern ċeda l-kawża tiegħu kontra l-Partit Laburista fuq l-Australia Hall filwaqt li l-Partit Laburista ċeda l-kawża li kellu b’kontrotalba kontra l-Gvern sabiex jieħu lura l-propjetà u l-art li kellu fil-Marsa. Din il-propjetà kienet tikkonsisti fil-Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċini tal-PL, il-Freedom Press flimkien ma’ ħanut, teatru u art (ta’ madwar 8 tomniet) li kienet tagħmel magħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262038
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
PR262037