L-IMĦABBA U D-DEDIKAZZJONI TAT-TFAL GĦAS-SIĠAR GĦANDHOM JKUNU TA’ EŻEMPJU GĦAL KULĦADD – IL-MINISTRU LEO BRINCAT
pr2454
06/11/2013
Dalgħodu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat żar attivita’ li ttellgħat għall-istudenti fl-Iskola Primarja tal-Gudja biex titqajjem kuxjenza dwar l-importanza tal-pjanti u s-siġar u li saret bħala parti mill-programm Dinja Waħda.
Il-Ministru Leo Brincat meta tkellem mal-istudenti qal li baqa impressjonat bl-imħabba u d-dedikazzjoni li għandhom lejn il-pjanti u s-siġar u kif huma għandhom jkunu ta’ eżempju għal kulħadd.
Spjega kif is-sena d-dieħla se jinbeda programm pilota f’xi bliet u rħula b’investiment fi qsari li jsebbħu z-zoni urbani tagħna.
Il-Ministru Brincat qal li l-pjanti u s-siġar nazzjonali għandhom jingħataw importanza daqs monumenti nazzjonali.
Other Press Releases:
PR262038
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
PR262037