STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FINANZI
Fid-diskors tal-baġit għall-2014, il-Ministru għall-Finanzi ħabbar il-miżura li ġejja għall-koppji żgħażagħ li se jixtru dar għall-ewwel darba:
“Irridu ngħinu lill-koppji żgħażagħ jixtru l-ewwel dar tagħhom. Bħalissa titħallas ‘duty’ ta’ 3.5% fuq l-ewwel 150,000 Ewro fir-rigward ta’ proprjetà mixtrija bħala l-ewwel residenza. Se tingħata konċessjoni ta’ darba lil dawk il-persuni li qatt ma kellhom proprjetà immobbli qabel l-1 ta’ Jannar 2014, sew direttament jew indirettament, u li se jagħmlu l-kuntratt finali fis-sena 2014, sabiex ma jħallsux ‘duty’ fuq l-ewwel 150,000 Ewro. Din il-miżura mistennija tagħti spinta lill-industrija tal-proprjetà u tgħin lix-xerrejja żgħażagħ jiffrankaw sa 5,250 Ewro fuq ix-xiri tal-ewwel residenza tagħhom.”
Din l-iskema se tkun applikabbli għal persuni li:
1. m’għandhomx bżonn il-permess tal-Ministru skont l-Immovable Property (Acquisition by non-Residents) Act;
2. se jakkwistaw proprjetà inter vivos jew dritt reali fuq xi proprjetà sabiex tintuża bħala l-unika residenza ordinarja tagħhom;
3. se jakkwistaw l-ewwel proprjetà immobbli u li għalhekk qatt ma kellhom proprjetà immobbli f’isimhom;
4. jissodisfaw il-kriterji minn 1 sa 3 hawn fuq u li, fl-1 ta’ Lulju 2013 sal-aħħar tas-sena 2014, jew irreġistraw, inkella se jirreġistraw, konvenju għax-xiri tal-ewwel dar sabiex fix-xhur u sena li ġejja jagħlqu l-kuntratt ta’ dan ix-xiri. Dawk li ma jagħlqux il-kuntratt tax-xiri sal-aħħar tas-sena 2014, ma jikkwalifikawx għall-benefiċċju ta’ din l-iskema.
Other Press Releases:
PR262038
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
PR262037