IL-MINISTRU LEO BRINCAT JILTAQA’ MA’ SITTIN STUDENT MILL-ITALJA, FRANZA U D-DANIMARKA U JITKELLEM MAGĦHOM DWAR L-AMBJENT U L-BAĦAR MEDITERRAN
Meta wieħed iqis li l-baħar Mediterran huwa espost għal tant degredazzjoni, theddid u tniġġiż hemm bżonn li pajjiżna jaħdem kemm fuq livell lokali kif ukoll f’qafas internazzjonali biex ngħinu jiġu indirizzati dawn il-problemi.
Dan qalu l-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima Leo Brincat meta dalgħodu iltaqa’ u tkellem ma’ sittin student mill-Italja, Franza u d-Danimarka li żaruh fl-uffiċċju tiegħu waqt żjara li qed jagħmlu f’pajjiżna bħala parti mill-program Comenius.
Il-Ministru Brincat qal li meta l-istess Unjoni Ewropea qed taħseb f’kuntest ta’ ippjanar aħjar tar-riżorsi marittimi fi ħdan l-istati membri tagħha, hemm bżonn li pajjiżna jsaħħaħ il-ġbir ta’ informazzjoni biex jilqa’ aħjar għal dawn il-problemi. Qal li hemm bżonn ukoll li ndaħħlu miżuri ta’ konservazzjoni u anke nsaħħu l-immaniġġjar tar-riżorsi.
Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll uffiċjali għolja tal-MCAST.
Other Press Releases:
PR262038
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
PR262037