Left arrow Go Back

TIFKIRA TAL-GĦARQA - GĦAWDEX

pr2440
Date Icon 04/11/2013

Dalgħodu il-Ħadd 3 ta’ Novembru ġiet imfakkra l-għarqa tat-30 t’ Ottubru 1948; traġedja li ħalliet tlieta u għoxrin  vittma. It-tifkira ġiet imfakkra permezz ta’ quddiesa fuq il-vapur tal-kumpanija Gozo Channel M.V. Gaudos immexxija minn Dun Mikiel Xuereb u Mons. Dr. Joe Vella Gauci.

Il-Kongregazzjoni kienet taħt il-patroċċinju tal-Ministru għal Għawdex l-Onor. Dr. Anton Refalo u s-Sinjura Refalo. Preżenti wkoll kien hemm is-Segreatrju Parlamentari Għawdxi Dr. Franco Mercieca, l-Onor. Dr. Justyne Caruana, membri  parlamentari oħra Għawdxin,  iċ-chairman tal- Gozo Channel is-Sur Joe Cordina kif ukoll mistednin distinti u qraba tal-vittmi tat-traġedja.

Wara l-quddiesa, l-Onor. Ministru għal Għawdex Dr.Anton Refalo flimkien mal-mistednin imsemmija, xeħtu  fjuri fil-baħar bħala omaġġ għal-din it- tifkira traġika.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

PR262038

AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU  Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċentru ta’ kooperazzjoni turistika fil-Mediterran

PR262037

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Malta ssaħħaħ ir-rwol tagħha bħala ċ...

More Press Releases Right arrow