STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA’ SOĊJALI
Imħabbar il-Forum Nazzjonali Familja
Dalgħodu, l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret it-twaqqif tal-Forum Nazzjonali Familja.
Forum li l-għan tiegħu huwa li jsaħħaħ u jassisti lill-Kummissjoni Nazzjonali Familja fit-tfassil tal-politika għall-familja.
Il-Ministru ħabbret ukoll li l-Forum se jibda proċess ta’ konsultazzjoni wiesa’, bl-ewwel fażi tibda l-ġimgħa d-dieħla mal-istakeholders kollha.
It-tieni fażi ta’ konsultazzjoni ssir mal-familji Maltin u Għawdxin.
L-Onor. Coleiro Preca qalet ukoll li anke ċ-Ċentri ta’ Riżorsi għall-Familja se jkunu parti minn dan l-eżerċizzju bil-għan li jinkiseb l-aħjar għall-poplu.
Temmet tgħid li dan il-proċess huwa miftuħ għal kull min huwa interessat għaliex huwa biss flimkien li nistgħu nfasslu politika soċjali ħolistika.
Other Press Releases:
PR262038
AVVIŻ MILL-AWTORITÀ GĦAS-SIGURTÀ TAL-IKEL
PR262037