RIŻULTATI TA’ TISĦIĦ EKONOMIKU
Għall-ewwel darba l-projezzjonijiet ta’ tisħiħ ekonomiku tal-Gvern huma aktar konservattivi minn dawk li qed jgħidu uffiċjali tal-Fond Monetarju Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Fond Monetarju Internazzjonali li żaru Malta fl-aħħar jiem. Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat waqt seminar tal-Kamra tal-Kummerċ. Il-Prim Ministru sejjaħ il-projezzjonijiet ta’ dawn l-istituzzjonijiet bħala “interessanti ħafna”.
Dr. Muscat qal li għalkemm qed isir sforz biex noħorġu mill-kriżi ekonomika xorta hemm bżonn ta’ bidla fil-mod kif naħdmu.
Il-Prim Ministru faħħar sehem l-employers fis-suċċess ta’ Malta li rreżistiet il-kriżi ekonomika speċjalment għal mod kif, flok keċċew lin-nies, rawhom bħala riżorsa. Qal li għalkemm xorta ntilfu l-impiegi u l-kriżi laqtet lin-nies, il-mod kif kienet ittrattata kien ferm aħjar minn pajjiżi oħra.
Dr. Muscat irrefera għal bżonn li l-Kummissjoni Ewropea l-ġdida tiffinalizza s-Suq Wieħed Ewropew u li l-Unjoni Ewropea tneħħi l-protezzjoniżmu fil-Politika Agrikola Komuni biex tidħol il-kompetittività u jgawdu l-konsumaturi.
Il-Prim Ministru qal li wieħed irid jibdel ukoll il-mod kif jinħarġu l-visas għal dawk li jiġu mill-Golf Għarbi sabiex l-Ewropa timxi mar-realtajiet ekonomiċi u soċjali tal-lum. Qal li l-Ewropa tista’ tieħu dawn id-deċiżjonijiet iżda qal li jista’ jkun hemm għadd ta’ ostakli, fosthom x’riżultat se jiksbu l-partiti estremisti fl-elezzjonijiet Ewroparlamentari.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032