Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JINAWGURA L-KWARTIERI ĠODDA TA’ QP MANAGEMENT

pr2217
Date Icon 10/10/2013

Il-Kumpanija Maltija QP Management inawgurat l-uffiċini tagħha f’Birkirkara. Din il-kumpanija tipprovdi proġetti sħaħ li jibdew mill-kunċett, l-iżvilupp sakemm jitlesta bħala prodott. Il-QP Management timpjega magħha madwar ħamsin ruħ li jvarjaw minn Periti, Quantity Surveyors, Architectural Designers u Interior Designers fost oħrajn.


Fid-diskors tal-inawgurazzjoni tal-kwartieri l-ġodda, il-Prim Ministru Joseph Muscat fisser dan il-mument bħala pass ieħor ta’ din il-multinazzjonali Maltija. Il-Prim Ministru tenna li f’Malta hawn il-kapaċitajiet li ngħollu s-servizz u faħħar lil QP Management talli qiegħda tagħmel dan. Dr. Muscat sostna li issa huwa l-mument illi wieħed jinvesti u ħeġġeġ biex wieħed ma jistenniex li l-affarijiet imorru iżjed għall-aħjar iżda li jinvesti issa. Dan, qal il-Prim Ministru,  ikompli jinkoraġġixxi x-xogħol u l-ħolqien tal-ġid f’pajjiz li jibqa’ post ta’ serħan il-moħħ għall-investiment fil-Mediterran.


Il-Prim Ministru Muscat saħaq dwar l-importanza li, minkejja l-bidliet u t-taqlib li qed iseħħu madwarna, kumpaniji bħal QP Management jibqgħu konsistenti. Ir-reżiljenza u l-investiment li qed tagħmel QP Management jagħmlu sens, speċjalment meta pajjiżna qed jimmira lejh investiment ta’ kwalità għolja, żied jgħid il-Prim Ministru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow