IL-BUDGET SE JINKLUDI FIH L-EWWEL PARTI MILL-ISTRATEGIJA JOBS+
Fl-ahhar sitt xhur il-Gvern mhux biss waqqaf struttura biex tibda timplimenta Jobs+ imma rnexxilu jassigura li dan il-unit ma jkunx sempliciment talking shop imma wiehed li jwettaq xoghol konkret, ewlieni fosthom koordinament bejn il-Ministeri biex pajjizna jizviluppa strategija koerenti ghall-holqien tax-xoghol. Waqt laqgha mal-Union Haddiema Maqghudin, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan il-Gvern sab ftit li xejn ippjanat ghall-istrategija Jobs+ u ghalhekk l-ewwel parti taghha issa se jkun imfassal fil-budget ghas-sena d-diehla.
Joseph Muscat qal li l-qafas tal-budget li gej qed ikun diskuss bhalissa mal-Unjoni Ewropea. Qal li l-Gvern mhux qed jara zieda fil-VAT imma z-zieda fid-dhul se tigi mit-tkabbir ekonomiku. It-tbassir tal-Gvern ghal dan it-tkabbir huwa konservattiv u hu inqas milli qed ibassru l-istituzzjonijiet internazzjonali ghal pajjizna. Il-Prim Ministru qal li min qed jahseb li l-Gvern mhux se jzomm kelmtu fuq il-weghdiet elettorali tieghu, se jkun sorpriz fil-budget li gej.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern qed ikun innovativ fl-ideat tieghu ghall-espansjoni ekonomika. Semma l-programm ta’ Cittadinanza Ekonomika li hija essenzjali hafna u li diga qed issir, jew se tibda ssir, f’diversi pajjizi fosthom l-Awstrija, l-Portugal, Spanja, il-Latvja, l-Bulgarija u Singapore. L-ghazla hija li pajjizna jinqata mit-tigrija ta’ dan it-tkabbir ekonomiku jew li Malta tkun fost l-ewwel grupp ta’ pajjizi li timplimenta dan il-programm.
Il-mira hija li matul is-sena d-diehla pajjizna jdahhal mat-30 miljun ewro mic-Cittadinanza Ekonomika u se jgemma parti minnhom biex jitwaqqaf fond ghall-izvilupp nazzjonali bil-ghan li jitwettqu progetti, fosthom socjali. Dr Muscat qal li l-Gvern jippreferi li jdahhal tletin miljun ewro minn fuq 60 ruh milli jpoggi aktar pressjoni fuq il-familji u n-negozji. Din l-outlook twassal ghal differenza minn ekonomija preistorika ghal wahda gdida.
Appella li jkun hemm kunsens nazzjonali fuq il-programm ta’ Cittadinanza Ekonomika bl-istess mod li ntlahaq qbil dwar is-settur tas-servizzi finanzjarji.
Il-Prim Ministru qal li huwa kuntent hafna bir-relazzjoni pozittiva bejn il-Gvern u l-Union Haddiema Maqghudin. Minn naha tieghu s-Segretarju Generali tal-UHM Josef Valla qal li l-pajjiz jista jaghmel il-qabza li jmiss fil-kwalita tal-hiliet tal-haddiema. Qal li wasal iz-zmien li jibqghu jinghataw l-incentivi ghal min irid jidhol fid-dinja tax-xoghol izda fl-istess waqt ma jistax ikun li min, fuq ghazla tieghu ma jridx jahdem, jibqa jkun piz fuq il-familji kollha.
Prezenti ghal-laqgha f’Kastilja kien hemm il-Ministri Evarist Bartolo, Helena Dalli, Edward Scicluna, Godfrey Farrugia, Chris Cardona, Marie-Louise Coleiro-Preca u Joe Mizzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032