L-ISPEAKER, L-ONOREVOLI ANGLU FARRUGIA JIPPREZENTA RAPPORT TA’ SUPERVIZJONI U MONITERAGG B’RABTA MAL-ELEZZJONI PRESIDENZJALI FL-AZERBAIJAN.
L-Onorevoli Anglu Farrugia, Speaker tal-Kamra tad-Deputati, jinsab fl-Azerbaijan fejn illum saret l-elezzjoni presidenzjali, sabiex iwettaq xoghol ta’ supervizjoni u moniteragg dwar l-andament elettorali matul l-elezzjoni presidenzjali.
Il-President attwali tal-pajjiz, Ilham Aliyev, ilu jmexxi l-pajjiz sa mill-2003 wara li kien gie konfermat president fl-2008. Fl-elezzjoni presidenzjali tal-lum, kkontestaw 10 kandidati minn partiti differenti, inkluz il-president attwali.
Ftit tal-hin ilu, l-iSpeaker ipprezenta r-rapport ta’ supervizjoni u monitoragg lill-President tal-European Academy for Election Observation – EUAC, l-Onorevoli Stef Goris, fil-prezenza tal-Membru Parlamentari Pollakk Tadeusz Iwinski.
Jassisti fil-hidma tal-iSpeaker hemm l-Onorevoli Frederick Azzopardi, Membru Parlamentari tal-Oppozizzjoni.
Other Press Releases:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032