TLETIN MILJUN EWRO MILL-PROGRAMM TAL-INVESTITUR INDIVIDWALI
Il-gvern, għas-sena d-dieħla, qed jistma li jdaħħal mat-tletin miljun Ewro mingħand madwar sittin applikant li se jidħlu għal programm tal-investitur individwali li se jidħol fis-seħħ wara emendi fil-liġi taċ-ċittadinanza Maltija.
Dan qalu l-Prim Ministru Joseph Muscat meta wieġeb mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Qal li l-gvern qed jippjana li joħloq Fond Nazzjonali għall-Izvilupp biex parti mid-dħul tal-iskema jinġemgħu u jiġu investiti fi proġetti soċjali u nazzjonali. Dan il-programm se jkun qed jgħin lill-ekonomija u permezz tad-dħul minn din l-inizjattiva, jitnaqqsu piżijiet minn fuq il-familji u negozji.
Il-Prim Ministru qal li l-istess bħalma Malta kienet fuq quddiem fis-servizzi finanzjarji fit-tnedija tagħhom fis-snin disgħin, hekk ukoll għandha tkun fuq quddiem fl-iskema l-ġdida dwar iċ-ċittadinanza li l-gvern qed iniedi. Qal li skemi simili diġà qed jitħaddmu f’pajjiżi Ewropej bħall-Awstrija, il-Portugall, Spanja, il-Belġju u daqt fil-Latvja. Il-Prim Ministru li l-istess bħalma għamlet l-Awstrija, Malta wkoll kapaċi tagħmel kontrolli sodi biex ma jkunx hemm abbużi mis-sistema.
Il-Prim Ministru Muscat qal li l-programm li qed jipproponi l-gvern mhux se tkun daqstant faċli biex tkun abbużata. Dr Muscat qal li ma jantiċipax problemi min-naħa tal-Unjoni Ewropea dwar l-emendi fil-liġi li huma prerogattiva nazzjonali.
L-għażla, qal il-Prim Ministru, hija bejn ekonomija tal-preistorja jew waħda ġdida li tħares ’il quddiem.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032