Left arrow Mur Lura

AKTAR FONDI GĦALL-BDIEWA U R-RAĦĦALA PERMEZZ TAL-PJAN TA’ L-IŻVILUPP RURALI GĦAL MALTA 2007-2013

pr2206
Date Icon 09/10/2013

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes, ħabbar li t-talba li saret mill-Gvern Malti sabiex ikunu trasferiti erba’ miljun Ewro għall-Miżura 121 f’‘Immodernizzar ta’ ażjendi agrikoli’, ġiet milqugħa mill-Kummissjoni Ewropea.

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes spjega kif, wara insistenza sabiex tingħata aktar għajnuna lis-settur agrikolu Malti, il-Kummissjoni Ewropea rrikonoxxiet il-bżonn li tiżdied l-għajnuna mogħtija lill-bdiewa u r-raħħala sabiex jimmodernizzaw l-operat tagħhom sabiex jkunu aktar kompetittivi u vijabbli u jkollhom il-possibbiltà li jtejbu d-dħul tagħhom filwaqt li joffru prodotti ta’ kwalità lill-konsumatur.

Permezz ta’ din iż-żieda, il-baġit ta’ din il-miżura se jitla’ għal total ta’ €23,402,970 li minnu se jibbenefikaw madwar 350 bidwi u raħħal.  Il-benefiċjarji jingħataw 50% tal-ispejjeż eliġibbli sa massimu ta’ €150,000.

Sa issa diġà tlestew numru kbir ta’ proġetti li jinkludu bini ta’ rziezet ġodda, bini ta’ serer u ġwiebi, xiri ta’ makkinarju agrikolu kif ukoll apparat għall-irziezet. Sar ukoll investiment f’sistemi fotovoltajiċi u rdieden tar-riħ kif ukoll sistemi għat-trattament ta’ demel fuq ir-razzett. Dan kollu jwassal għal settur agrikolu aktar sostenibbli, titjib fl-iġene, manteniment aħjar tal-annimali u ambjent aktar nadif.

Fil-jiem li ġejjin il-bdiewa u r-raħħala se jkunu ikkuntattjati mill-Aġenzija għall-Pagamenti Agrikoli u Rurali sabiex jiġu ffinalizzati l-kuntratti u jibdew ix-xogħlijiet.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow