Left arrow Mur Lura

IMNIEDI L-EWWEL ABBOZZ TAL-ISTRATEĠIJA KONTRA L-FAQAR U L-ESKLUŻJONI SOĊJALI

pr2195
Date Icon 08/10/2013

F’konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali l-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret l-ewwel abbozz tal-istrateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali.

Il-Ministru Coleiro Preca sostniet li din l-istrateġija waslet wara li żewġ pjani t’azzjoni nazzjonali mfassla mill-amministrazzjoni preċedenti  ma laħqux il-miri stabbiliti u l-faqar, minflok naqas, żdied.

L-Onor. Coleiro Preca spjegat kif l-ewwel abbozz qed jiġi diskuss mal-ekonomisti, esperti fil-politika soċjali u ankè mal-entitajiet fi ħdan il-Ministeru.

L-istrateġija se tkun ankè diskussa ma’ Ministeri oħrajn, imbagħad mal-MEUSAC u l-MCESD, biex fil-bidu tas-sena d-dieħla tmur għall-approvazzjoni tal-Kabinett.

Finalment l-istrateġija kontra l-faqar se tkun qed toħroġ politika li tindirizza l-isfidi soċjali li qed jiltaqgħu magħhom iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin fuq medda ta’ għaxar snin.

Waqt preżentazzjoni, il-Ministru Coleiro Preca rreferiet għall-indikaturi soċjali li wasslu biex ankè l-Unjoni Ewropea torbot lill-Malta biex tibni strateġija u tilħaq il-miri stabbiliti.

L-Onor. Marie-Louise Coleiro Preca sostniet li l-Gvern, id f’id ma’ din l-istrateġija, qed jiżviluppa l-proġett LEAP li mistenni jkun finanzjat mill-Unjoni Ewropea u li parti minnu hemm il-kunċett taċ-Ċentri ta’ Riżorsi għall-Familja li se jgħinu bis-sħiħ biex ikollna armonija fis-servizzi mogħtija fil-komunità.

Spjegat ukoll il-pjanijiet li jiġi introdott l-mekkaniżmu tas-single-means testing bil-għan li tiżdied l-effiċjenza fl-għoti tal-benefiċċji filwaqt li reġgħet insistiet fuq il-ħtieġa ta’ Public-Social Partnerships ma’ għaqdiet mhux governattivi, li jipprovdu servizzi differenti fil-qasam soċjali.

L-ewwel abbozz tal-istrateġija kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali ġie mħejji minn Dr. Yana Bland Mintoff li tkellmet dwar kemm kienu utli n-numru ta’ konsultazzjonijiet li saru mas-soċjetà ċivili, inkluż it-tfal, fit-tfassil ta’ din l-istrateġija.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow