IS-SUQ OLANDIŻ GĦANDU POTENZJAL TURISTIKU GĦAL MALTA FIX-XHUR TAX-XITWA
Fi żjara ta’ kortesija li l-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu mingħand l-Ambaxxatriċi tal-Olanda l-E.T. Rita Dulci Rahman, kienu diskussa opportunitajiet ta’ aktar turiżmu bejn iż-żewġ pajjiżi.
Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella semma’ kif Malta rreġistrat titjieb fin-numru ta’ turisti mill-Olanda, tant li s-suq Olandiż illum huwa fil-ħames post fil-lista tal-aktar pajjiżi li minnhom Malta qed tibbenefika fis-settur.
Il-Ministru Vella saħaq kif il-Ministeru huwa impenjat li jagħti spinta lill-industrija turistika anke fix-xhur tax-xitwa f’perjodu meta l-volum ta’ turisti jonqos. F’dan ir-rigward fisser kif is-suq Olandiż għandu potenzjal li jkun wieħed minn dawk is-swieq li minnu nistgħu nattiraw turiżmu f’dan il-perjodu.
Karmenu Vella semma’ kif pajjiżna qed jesplora niċeċ oħra ta’ turiżmu fosthom it-turiżmu mediku kif ukoll hemm il-ħsieb li jsiru proġetti pilota fil-qasam tat-turiżmu soċjali.
L-Ambaxxatriċi tal-Olanda Rita Dulci Rahman semmiet kif Malta hija t-tielet pajjiż li qiegħda sservi fih fejn it-turiżmu huwa b’saħħtu.
Hija esprimiet ix-xewqa li ż-żewġ pajjiżi jaħdmu flimkien b’mod partikolari fis-settur tal-Eko-turiżmu kif ukoll fil-qasam kulturali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032