Tibda l-European Move Week
Illum ingħata l-bidu għall-European Move Week, ġimgħa ta’ attivitajiet fiżiċi madwar il-pajjiż. Din il-ġimgħa hija ċelebrazzjoni tal-attività fiżika li qed tiġi organizzata fuq l-inizjattiva tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport, l-Aġenzija Żgħażagħ u l-Assoċjazzjoni tal-Fiżjoterapisti bil-parteċipazzjoni ta’ għaqdiet oħra. L-attivitajiet ser jibqgħu għaddejjin sal-Ħadd 13 ta’ Lulju.
Filgħodu s-Segretarju Parlamentari Stefan Buontempo żar l-attivitajiet li qed isiru fi Pjazza San Ġorġ il-Belt fejn kien hemm logħob tradizzjonali Malti mit-tfal tal-iskola u anke inflatable obstacle course. F’kelmtejn qosra lill-ġurnalisti is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal li rridu ndaħħlu kultura sportiva mhux biss b’kometizzjonijiet kompetittivi imma b’attivitajiet fiżiċi li jgħinu biex aħna bħala soċjetà nkunu aktar b’saħħitna.
L-attivitajiet fi Pjazza San Ġorġ se jibqgħu għaddejjin sal-Ħamis 10 ta’ Ottubru. Dawn l-attivitajiet qed isiru biex titqajjem kuxjenza dwar il-bżonn ta’ attività fiżika fost kulħadd. Dan biex tiġi miġġielda l-obeżità. Pajjiżna għandu rati allarmanti u għalhekk huwa importanti li kulħadd jagħmel xi forma ta’ attività fiżika.
Aktar informazzjoni fuq l-attivitajiet li ser isiru tista’ tinkiseb minn fuq is-sit http://www.sportmalta.org.mt/ u minn fuq is-sit ta’ Facebook Move Malta.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032