IS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-BIEDJA,SAJD U DRITTIJIET TAL-ANNIMALI F’LAQGĦA TAL-FAO
Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes, qed jattendi għall-40 sessjoni tal-Kumitat għas-sigurta tal-ikel fi ħdan l-għaqda Dinjija tal-Ikel u Agrikultura (FAO), laqgħa li qed tittella f’Ruma.
Din il-laqgħa bdiet illum b' sessjoni Ministerjali li fiha ppartecipaw numru ta' Ministri tal-Agrikultura minn bosta pajjiżi madwar id-dinja, sabiex jiddiskutu ix-xejriet fis-sigurtà u l-prezzijiet tal-ikel fuq livell globali fid-dawl tal-aħħar rapport uffiċjali tal-FAO dwar dan is-suggett.
L-Onor. Galdes fl-intervent tiegħu saħaq li għalkemm kien hemm sinjali inkoraġġanti fit-tnaqqis tal-prezzijiet ta' ċertu ikel bażiku bħaċ-ċereali fl-aħħar xhur, ir-rapport juri kif f'ċertu pajjiżi fl-Afrika għad hemm nuqqasijiet kbar tal-ikel li jwasslu għal instabbilita, u għal migrazjoni.
Tenna jgħid li għandhom isiru iżjed sforzi mill-komunità internazzjonali u l-aġenziji tal-ikel biex titnaqqas din it-tbatija. Dawn il-punti tkomplew jiġu diskussi f'laqgħa ristretta bejn il-Ministri, il-Kummissarju Ewropew ghall-Agrikoltura Dacian Ciolos u d-Direttur Ġenerali tal-FAO Jose Graziano Da Silva.
Other Press Releases:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032