JITĦABBRU D-DETTALJI TAL-ATTIVITAJIET TAL-BIRGU FEST
Dalgħodu s-Segretarju Parlamentari José Herrera ħabbar id-dettalji tal-attivitajiet li ser isiru fil-Birgu bħala parti mill-Birgu Fest. Dawn l-attivitajiet ser ikunu qed jiġu organizzati bejn nhar il-Ġimgħa u l-Ħadd.
L-attivitajiet jinkludu għadd ta’ re-enactments, tours, workshops, produzzjonijiet teatrali, kunċerti u ssoltu mixgħela fuq is-swar tal-Birgu, toroq u spazji oħra. Is-Segretarju Parlamentari qal li l-atmosfera li toħloq din il-mixgħela hija waħda maġika u ħeġġeġ biex aktar kunsilli lokali jkunu proattivi permezz tal-kultura fil-lokalità.
Is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura u l-Gvern Lokali qal li l-Gvern qed jaħdem biex irodd lill-Belt Valletta flimkien mal-Birgu, Bormla u l-Isla l-glorja tagħhom. Qal li bħalissa qed isir xogħol estensiv ta’ restawr inkluż fuq il-Forti Sant Anġlu.
Huwa qal li l-kultura hija prijorità għall-pajjiż, issa li resqin għas-sena 2018 meta f’dik is-sena l-Belt Valletta ser tkun qed iġġorr it-titlu tal-Belt Kulturali Ewropea. Fl-okkażjoni ta’ dan l-avveniment, huwa qal li l-Gvern ser jagħmel minn kollox biex jirriġenera l-bliet storiċi ta’ dan il-pajjiż.
Fil-konferenza tal-aħbarijiet u li ghaliha kien hemm is-Sindku tal-lokal John Boxall u l-konsulent Michael Cohen, José Herrera għamel referenza għas-suċċess kbir tan-Notte Bianca li ġiet organizzata s-Sibt li għadda.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032