Left arrow Mur Lura

L-ONOR. JOE DEBONO GRECH U L-ONOR. CHARLÒ BONNICI F’MISSJONI TAL-ASSEMBLEA PARLAMENTARI TAL-KUNSILL TAL-EWROPA BIEX TOSSERVA L-ELEZZJONIJIET PRESIDENZJALI FL-AZERBAIJAN

pr2184
Date Icon 07/10/2013

Il-Membri Parlamentari l-Onor. Joe Debono Grech u l-Onor. Charlò Bonnici bħalissa jinsabu f'Baku, l-Azerbaijan bħala parti minn tim ta' osservaturi tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa waqt l-elezzjonijiet presidenzjali fil-pajjiż li se jsiru nhar l-Erbgħa 9 ta' Ottubru. L-Onor. Debono Grech kien ukoll co-rapporteur tar-rapport approvat mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-iżvilupp tas-sistema demokratika f'dan il-pajjiż li ilu membru tal-Kunsill tal-Ewropa sa mill-2001.

L-Onor. Debono Grech u l-Onor. Bonnici, li fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa jirrappreżentaw lill-Partit Soċjalista Ewropew u lill-Partit Popolari Ewropew rispettivament, matul il-ġurnata tal-elezzjoni se jkunu qed jimmoniterjaw l-andament tal-elezzjoni fil-belt  ta' Ismayilli li għandha popolazzjoni ta' ftit aktar minn 14-il elf ruħ.

L-Onor. Debono, li huwa Kap tad-Delegazzjoni Maltija fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, ilu membru ta' din l-assemblea għal dawn l-aħħar 15-il sena.

Il-President attwali tal-pajjiż, Ilham Sliyev, ilu jmexxi l-pajjiż sa mill-2003 fejn reġa' ġie konfermat president fl-2008 u mhemmx limitu għal kemm il-terminu jista' jmexxi lill-pajjiż. Fl-elezzjoni ta' nhar l-Erbgħa se jieħdu sehem 10 kandidati minn partiti differenti, inkluż il-president attwali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow