IL-MINISTRU LEO BRINCAT JILTAQA’ MAL-PRESIDENT TAL-GRUPP DINJI R20 CLIMATE ACTION
Il-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima kellu laqgħa fl-uffiċju tiegħu ma’ Michele Sabban President tal-grupp dinji R20 Climate Action, grupp li twaqqaf ftit tas-snin ilu mill-ex-Gvernatur ta’ California wara summit dwar il-klima li kien inżamm f’Copenhagen.
Michele Sabban ħadmet mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropeja u ħadet sehem attiv fil-European Sustainable Energy Week.
L-R20 hija meqjusa bħala action tank aktar milli think thank. F’dan l-aħħar żmien żviluppat ħidma mifruxa dwar it-tibdil fil-klima fuq livell ta’ reġjuni f’diversi kontinenti fosthom fl-Afrika, l-Amerika t’isfel u l-Asja.
Bħalissa l-grupp dinji R20 jinsab impenjat jimmobilizza ħidma bejn ir-reġjuni ewlenin tad-dinja bi tħejjija għas-summit dinji dwar it-tibdil fil-klima li mistenni jinżamm f’Pariġi fl-2015.
Michele Sabban serviet ukoll għall-bosta snin bħala Segretarju Nazzjonali għad-drittijiet tan-nisa ġewwa pajjiża u ilha viċi-President tar-reġjun Ile-de-France sa mill-1998.
Other Press Releases:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032