Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL- MINISTERU TAL-EKONOMIJA, INVESTIMENT U INTRAPRIŻI ŻGĦAR B’REAZZJONI GĦALL-RIZULTATI TAJBIN GĦAL MALTA IPUBBLIKATI MILL-MOODY’S

pr2172
Date Icon 05/10/2013

Fl-4 ta’ Ottubru, l-aġenzija ta' investiment Moody's bidlet il-klassifikazzjoni tal-A3 bonds tal-gvern ta’ Malta min waħda negattiva għal waħda stabbli.

Fir-rapport tagħha dwar Malta Moody's qalet li din il-bidla ġejja mill-fatt li d-dejn tal-pajjiż mistenni jistabilizza ruħu fl-2014, hekk kif l-ekonomija tkompli tirkupra, kif ukoll grazzi għall-wegħda tal-gvern ġdid dwar konsolidament fiskali. Fil-fehma tagħna dan juri li l-aġenzija Moody’s għandha fiduċja qawwijja fil-potenzjal ekonomiku ta’ pajjiżna.

Moody's tkellmu wkoll fuq is-settur bankarju b'saħħtu ta' Malta u l-mudell konservattiv u tradizzjonali li ma wassal għall-ebda problema ekonomika lanqas fl-agħar żminijiet tal-kriżi.

Bħala Ministeru li sa mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura ħadem bis-sħiħ b’politika li tiggarantixi stabbiltà fl-ekonomijja ta’ pajjiżna, nilqgħu b’sodisfazzjon kbir din id-deċiżjoni tal-Moody’s li turi li x-xogħol li dan il gvern qiegħed jagħmel fis-settur ekonomiku ta’ pajjiżna qiegħed iħalli l-effetti mixtieqa.

L-aġenzija Moody’s qalet ukoll li l-klasifikazzjoni ta’ Malta ser tkompli titjieb jekk jiġu implimentati riformi li jiffavorixxu il-kompetitività u t-tkabbir ekonomiku. Bħala Ministeru responsabbli mill-ekonomija, investiment u intrapriżi żgħar aħna ilna nisħqu li dan il-Gvern beda jaħdem mill-bidu, u se jkompli jaħdem biex insejsu is-suċċess fin-negozju u l-intrapriżi Maltin u biex b’hekk nilħqu l-mira li niksbu tkabbir ekonomiku li tassew jilħaq lil kulħadd. Biex jintlaħaq dan il-għan dan il-Gvern qed jaħdem fuq bosta livelli u f’diversi setturi tal-industrija u tal-ekonomija. Dan jidher biċ-ċar fl-inizjattivi li qed jiġu implimentati attwalment u li ser ikomplu jgħinu biex isaħħu l-kompetittività ekonomika.

B’ħidma u sinerġija mal-banek, qed noħolqu skemi ġodda li jgħinu lin-negozji jiffaċilitaw l-aċċess responsabbli għall-finanzjament, kemm għall-working capital u anki għall-investiment biex l-intrapriżi ikomplu jtejbu l-operat tagħhom, jinvestu u jkabbru.

Il-promozzjoni ta’ servizzi bħall-factoring, it-tneħijja tar-rekwizit tal-Bid-Bond għal-tenders dipartimentali ta’ mhux aktar minn 120,000 ewro u it-tneħħijja tar-rekwiżit tal- performance guarantee għall-istess tenders dipartimentali għall-kuntratti b’valur ta’ 10,000 ewro, il-ħolqien ta’ Family Business Act li se tindirizza ħafna mill-problemi li jiffaċċjaw negozji tal-familja, speċjalment f’każ ta’ trasferiment, it-tneħħijja ta’ burokrazija żejda li kien ikollhom jiffaċċjaw in-negozji, it-tnaqqis tal-Government induced costs u il-kreazzjoni ta’ maritime hub ġdid, huma ftit mil-miżuri u inizjattivi li qegħdin nieħdu biex noħolqu aktar tkabbir ekonomiku li finalment se jwasal għal ekonomija Maltija aktar soda.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow