Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-KULTURA U GVERN LOKALI

pr2167
Date Icon 05/10/2013

“Qed ngħidu li ż-żgħażagħ jistgħu jagħmlu d-differenza. Qed naħdmu biex inwessgħu d-dritt taż-żgħażagħ li jivvutaw ta’ 16 –il sena.”


Fis-sigħat li għaddew is-Segretarju Parlamentari responsabli mill-Kultura u l-Kunsilli Lokali Jose’ Herrera indirizza Konferenza tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokrattiċi (S&D) fil-Parlament Ewropew dwar Vot 16. Huwa qal li permezz ta’ din l-inizjattiva Malta, bħala l-iżgħar pajjiż fl-Unjoni Ewropea, wieġbet pożittivament għad-dikjarazzjoni li għamlet l-Unjoni Ewropea (fl-2012) biex l-istati membri fi ħdana jniżżlu l-età tal-vot għal sittax–il sena. Din id-dikjarazzjoni tagħmilha ċara lill-Parlament Ewropew, skont is-setgħat mgħotija lilu mit-trattat tal-Unjoni Ewropea, jqis li l-vot fil-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea għandu jinżel ghal 16–il sena biex iż-żgħażagħ ikollhom sehem attiv fid-demokrazija ta’ pajjiżhom. Tali eżerċizzju, jgħid il-Parlament Ewropew, jista’ jwassal biex jiżi indirizzat id-deficit demokratiku li nħoloq tul iż-żmien minħabba r-rata baxxa ta’ parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet.

Id-Dibattitu Vot 16

Is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera qal li f’pajjiżna d-dibattitu dwar Vot 16 ilu li beda 6 xhur. Permezz ta’ dan id-dibattitu, qal is-Segretarju Parlamentari, fl-20 ta’ Novembru l-Gvern se jressaq mozzjoni fil-Parlament biex l-età tal-vot fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tinżel għal sittax–il sena. Madanakollu, qal is-Segretarju Parlamentari, il-Gvern mhux qed jeskludi deċiżjonijiet storiċi oħra bħad-dritt li wiehed ikun jista’ jikkontesta l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Madanakollu huwa fakkar fl-implikazzjonijiet legali li tali deċiżjoni tista’ ġġib u għalhekk appella għal diskussjoni kalma u matura fuq dan il-punt daqstant sensittiv.

Huwa qal li hemm bżonn ta’ aktar edukazzjoni ċivika fl-iskejjel tagħna. Dan il-Gvern qed jirrikonoxxih, tant li nħoloq grupp ta’ koordinazzjoni bejn il-Ministeru tal-Gvern Lokali u l-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jeduka u jinkoraġġixxi aktar il-parteċipazzjoni politika miż-żgħażagħ tagħna.

Marzu 2015

F’Marzu tal-2015 nofs il-kunsilli lokali f’pajjiżna se jkollhom l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u dakinhar iż-żgħażagħ ta’ 16–il sena se jkollhom id-dritt li jivvutaw. Dan se jkun qed ifisser żieda ta’ madwar 4.5% tal-elettorat f’dawn l-elezzjonijiet u għalhekk appella biex l-ilħna taż-żgħażagħ f’dawn l-elezzjonijiet jiġu mismugħa aktar minn qabel għaliex wara kollox dawn l-elezzjonijiet għall-ewwel darba se jkunu qed ifissru kostitwenza ġdida.

Jose’ Herrera ħabbar li wara l-20 ta’ Novembru, il-Kumitat ta’ Monitoraġġ li qed jieħu ħsieb l-introduzzjoni tal-Vot 16, ser jingħata l-inkarigu biex jara kif jista’ jwessa dan id-dritt.

“Youth Vote”: Konferenza fi Brussell

Fil-Konferenza ħadu sehem ukoll is-Sur Thomas Maes (Segretarju Ġenerali taż-Żgħażagħ Soċjalisti), il-membri fi ħdan il-Kumitat tar-Regjuni Lotta Hakansson-Harju, Patricia Fergusson u Sharma Batson. Ħadet sehem ukoll l-Ewro-Parlamentari Claudette Abela Baldacchino li ġiet fdata mill-S&D bl-organizzazzjoni ta’ dan is-seminar.

L-MEP Claudette Abela Baldacchino qalet li l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-elezzjonijiet hija importanti għall-futur tal-Unjoni Ewropea. Hija qalet li ż-żmien li ġej huwa opportun biex tiddaħħal din il-proposta minħabba l-għadd ta’ elezzjonijiet u proċessi demokrattici li se jkunu qed isiru fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, fosthom l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Hija qalet li din is-sena hija s-sena Ewropea ddedikata liċ-ċittadini u għalhekk huwa opportun biex tali proposta tiġi imwessa biex aktar żgħażagħ jipparteċipaw fil-proċess demokrattiku.

Sa issa l-Awstrija huwa l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea fejn iż-żgħażagħ ta’ 16–il sena jistgħu jivvutaw għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Hija qalet li dan il-mudell huwa wieħed tajjeb biex il-pajjiżi tal-UE ikunu jistgħu jibnu fuq l-esperenzi lokali, reġjonali u nazzjonali ta’ dan il-pajjiż.

Fi Brussell, is-Segretarju Parlamentari Jose’ Herrera kien akkumpanjat mill-advisor tal-Gvern fuq il-Gvern Lokali, is-Sur Michael Cohen.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow