Left arrow Go Back

L-ISPEAKER ANĠLU FARRUGIA FUQ ŻJARA UFFIĊJALI ĠEWWA FIRENZE

pr2164
Date Icon 04/10/2013

Matul il-ġurnata tal-Ġimgħa 4 ta' Ottubru  2013, l-Ispeaker kellu diversi laqgħat b'rabta mal-ftuħ uffiċjali tal-Associazione per il Commercio Italo Maltese ġewwa Firenze, l-Italja.

Iż-żjara bdiet b’laqgħa ma’ tmien imprendituri Taljani li wrew l-interess tagħhom u l-appoġġ lejn din l-assoċjazzjoni, partikolarment f'dan il-mument kritiku ekonomiku li qed jiffaċċja l-pajjiż. Fosthom saret laqgħa ma’ direttur ta’ New Italian Cinema Events, Viviana del Bianco, li wriet interess f'pajjiżna fil-qasam tal-industrija tal-films.

Aktar tard saret żjara ta' kortesija lill-Prefett ta' Firenze, Luigi Varratta.

Inżammet ukoll laqgħa oħra mal-Presidente del Consiglio della Provincia  di Firenze, Andrea Barducci.

Immedjatment wara, l-Ispeaker kellu laqgħa wkoll mal-Vice Presidente del Consiglio Regionale Toscana, Giuliano Fedeli.

L-aħħar laqgħa uffiċjali nżammet fis-sede tal-Kunsill ta’ Firenze ġewwa Palazzo Vecchio fejn ġie milqugħ minn Sarah Biagiotti, Viċi Sindku ta’ Firenze li hija responsabbli mis-setturi tat-turiżmu u żvilupp ekonomiku.

F'dawn il-laqgħat, tqajmu punti relatati mal-qasam turistiku, l-iżvilupp ekonomiku u kummerċjali, u l-possibilità ta' skambju fil-qasam mediku bejn iz-żewġ pajjiżi.

L-Ispeaker enfasizza li trid tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi u l-irwol parlamentari f'dan ir-rigward.

Hu enfasizza s-sehem li dejjem kellha l-Italja ma’ pajjiżna biex tieħu qawmien ekonomiku kif ukoll bħala garanzija għan-newtralità ta' Malta mill-bidu nett sal-lum.

Preżenti għall-laqgħat flimkien mal-Ispeaker Malti, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, ingħaqdet l-Ambaxxatrici ta' Malta għall-Italja, Vanessa Frazier,  l-Onorevoli Riccardo Migliori, il-President tal-Assoċjazzjoni Dr Helga Fiori u s-Segretarju Ġenerali Dr Antonio Pangallo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow