TINDIF TA’ ŻEWĠ WIDIEN F’GĦAWDEX
Il-Ministru għal Għawdex żar Wied l-Infern, fil-limiti taż-Żebbuġ u Wied tal-Barumbara, limiti t’ Għajnsielem fejn sar tindif estensiv qabel tibda l-ewwel xita bl-iskop li jkunu ppreparati għall-ewwel maltemp bil-għan li l-ilma jitgwada u ma jintilifx għal bosta raġunijiet fosthom għall-użu aħjar mill-bdiewa. Fis-sena 2012 dawn il-widien ma ġewx imnaddfa. Il-Ministru Refalo faħħar il-ħidma tal-Eco Gozo għal din l-inizjattiva fejn saħansitra akkumpanjawh u spjegaw il-proċess tat-tindif.
Kif sar fis-snin preċedenti, il-ħamrija tajba rkuprata mit-tindif tal-widien se tiġi utilizzata għall-afforestazzjoni u proġetti oħra. Apparti mill-irkupru tal-ħamrija, aspett ieħor ta' benefiċċju mit-tindif tal-widien huwa li l-ħażna tal-ilma miżmuma fil-widien hija utilizzata mill-bdiewa biex isaqqu l-uċuh tar-raba tagħhom u b'hekk qed tiġi eliminata l-estrazzjoni tal-ilma mill-ilma tal-pjan. Fl-istess ħin parti minn dan l-ilma qed jinżel bil-mod fl-ilma tal-pjan u b'hekk jgħin biex tiżdied il-ħażna fl-ilma tal-pjan.
Huwa importanti li barra mit-tindif tal-widien, tingħata il-manutenzjoni xierqa lill-widien tagħna. Huwa għalhekk li l-Ministeru għal Għawdex bħalissa ghaddej bix-xogħlijiet ta' restawr ta' ħitan tas-sejjieħ tul il-Wied tar-Ramla b'fondi mill-proġett Alter Aqua ffinanzjati mill-programm Global Water Partnership.”
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032