Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU U L-MINISTERU TAL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI B’REAZZJONI GĦALL-KONFERENZA STAMPA TAL-ONOR. JASON AZZOPARDI

pr2148
Date Icon 03/10/2013

IKOMPLI L-ATTAKK TAL-OPPOŻIZZJONI FUQ L-ISTITUZZJONIJIET TA’ PAJJIŻNA

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali jagħmlu referenza għall-konferenza stampa fejn l-Onorevoli Jason Azzopardi ħabbar li ġie ppreżentat protest ġudizzjarju fuq il-ħatra reċenti ta’ fizzjali fi ħdan l-Armata.

Għalkemm kemm l-Prim Ministru kif ukoll il-Ministru tal-Intern għadhom ma ġewx innotifikati b’dan l-istess att ġudizzjarju, jidher li dan huwa tentattiv ieħor sabiex l-Oppozżizzjoni tattakka l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.

Il-gvern jappella lill-istess Oppożizzjoni għall-maturità politika sabiex ma tkomplix issir ħsara partikolarmanet f’istituzzjoni bħal din, li hi  tant importanti għas-sigurtà ta’ pajjiżna.Il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Intern jirriżervaw id-dritt tagħhom li jwieġbu ulterjorment meta jsiru jafu bil-kontentut tal-att ġudizzjarju.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow