MALTA TOSPITA KONFERENZA TAL-UNION TAL-KONTROLLURI TAL-AJRU EWROPEJ
Il-Ministru għat-Turiżmu jtenni l-appoġġ tal-Gvern lejn is-sigurtà fl-Avjazzjoni
Pajjiżna bħalissa qed jospita l-erbgħa u erbgħin konferenza tal-Union tal-Kontrolluri tal-Ajru Ewropej (ATCEUC) li tinżamm darbtejn fis-sena.
Meta kien qed jindirizza l-ftuħ ta’ din il-konferenza, il-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella semma’ kif il-kontroll tat-traffiku tal-ajru huwa fattur prinċipali fis-settur tal-avjazzjoni li għandu r-responsabbilità sħiħa li jassigura s-sigurtà fl-ajru. Fl-istess ħin jassigura wkoll li t-traffiku tal-ajru jkun effiċjenti biex jitnaqqas kemm jista’ jkun il-ħin ta’ vjaġġar bl-ajru u eventwalment anke jonqos l-użu tal-fuel u l-ħruġ tal-emissjonijiet.
Karmenu Vella semma’ kif f’laqgħat informali li kellu riċentament fil-Litwanja, Malta rrikonoxxiet li l-inizjattiva tas-Single European Sky (SES) toffri benefiċċji u li pajjiżna se jkompli jappoġġja kull sforz li jsir biex jitnaqqsu l-ispejjeż u tiżdied l-effiċjenza. Madanakollu, il-Ministru Vella nsista li l-Gvern Malti jħoss li inizjattivi bħalma huma l-functional airspace block għandhom fil-bidu tagħhom sabiex wieħed jista’ jirrikonoxxi xi riżultati. Malta saħqet li s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru fl-ispazju tal-ajru tagħha huma effiċjentu u l-operat tagħhom mhux talli għandu jibqa’ sħiħ bħalma jinsab fil-preżent iżda għandu jissaħħaħ.
Il-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella tenna l-appoġġ kollu tal-gvern lejn l-industrija tal-avjazzjoni, b’mod partikolari lejn il-kumpanija Malta Air Traffic Services (MATS) u d-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili li huma fuq quddiemnett fil-qasam fl-Ewropa.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032