Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU GHAT-TURIZMU JISHAQ FUQ L-IMPORTANZA TAT-TAHRIG U L-IZVILUPP TAL-IMPJEGATI FIS-SETTUR TURISTIKU

pr2140
Date Icon 02/10/2013

Il-Lukanda Excelsior tircievi l-premju tat-‘2013 Tourism Diversity Employer’ filwaqt li l-Lukanda Riviera Resort & Spa tigi ppremjata ghal prattici tajbin fid-diversità

Fi tmiem konferenza mifruxa fuq jumejn organizzata mill-Awtorità Maltija ghat-Turizmu biex tippromwovi l-importanza tad-‘diversity management’ fl-industrija turistika, il-Ministru ghat-Turizmu l-Onor. Karmenu Vella sahaq fuq l-importanza tat-tahrig u l-izviluppp tal-impjegati ghal pajjiz bhal Malta li jaspira li jkun fuq quddiem bhala destinazzjoni turistika.

Huwa kellu kliem ta’ tifhir ghall-fatt li ghal dan il-programm ta’ tahrig finanzjat mill-Fond Socjali Ewropew attendew numru sabih hafna ta’ rapprezentanti mis-settur turistiku li jinkludu impjegati f’lukandi, stabbilimenti tal-catering, rapprezentanti minn diversi skejjel tal-Ingliz, u kumpaniji tal-ivvjaggar. Fi kliem il-Ministru Vella, dan huwa turija ta’ impenn lejn id-diversità, liema impenn jirrikonoxxi u japprezza l-kwalitajiet differenti ta’ kull individwu.

Il-Ministru ghat-Turizmu sahaq fuq l-importanza li l-impjegati fis-settur ikunu konxji u jirrispettaw kulturi differenti mhux biss ta’ impjegati shabhom izda wkoll tal-istess turisti li jkunu qed jahdmu maghhom. F’dan ir-rigward semma’ kif l-Istitut ghall-Istudji Turistici kif ukoll l-Università li qed joffru l-opportunità lill-istudenti li jitharrgu f’korsijiet iffukati fuq is-settur turistiku ghandhom jinkludu aktar study units fuq id-diversità u r-rikonoxximent ta’ kulturi u etnicitajiet differenti. Dan ghandu jghin lill-haddiema prospettivi f’din l-industrija sabiex jitrawmu u jaccettaw id-differenzi li jezistu.

Il-Ministru ghat-Turizmu Karmenu Vella sahaq ukoll fuq il-bzonn li aktar studenti jigu mhajra jibdew karriera fit-turizmu billi jaghzlu korsijiet vokazzjonali offruti fil-qasam tat-turizmu.

Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mic-Chairman tal-Awtorità Maltija ghat-Turizmu Dr Gavin Gulia u mill-Kap Ezekuttiv Josef Formosa Gauci flimkien ma’ numru ta’ kelliema prominenti.

Fl-istess konferenza l-lukanda Grand Hotel Excelsior inghatat il-premju tat-2013 Tourism Diversity Employer filwaqt li Riviera Resort & Spa giet premjata ghad-Diversity Good Practice. Dan apparti li 80 partecipant gew ipprezentati b’certifikat li huwa rikonoxxut internazzjonalment wara li temmew b’success programm ta’ tahrig fuq Diversity Management.

Dan il-programm kien maghmul min-numru ta’ sessjonijiet li saru f’ambjent ta’ klassi flimkien ma’ numru ta’ sessjonijiet ta’ mentoring li l-partecipanti rcevew fuq bazi individwali fejn inghataw gwida ta’ kif wiehed jista’ jikteb diversity policy ghall-istabbiliment tieghu.

Intant matul l-ewwel sessjoni gew ipprezentati z-zewg studji ta’ ricerka ffinanzjati minn dan il-progett. L-ewwel studju ta harsa lejn l-ghazliet tal-karrieri ta’ dawk li gradwaw mill-Istitut ghall-Istudji Turistici u mill-kors tal-Università tal-BA (Hons) Tourism Studies filwaqt li t-tieni studju analizza bosta prattici ta’ diversity management relatati mas-settur turistiku fejn iffoka wkoll fuq l-importanza tal-bilanc bejn ix-xoghol u l-hajja f’dan il-qasam.

Aktar informazzjoni fuq dan il-progett tista’ tinkiseb minn fuq is-sit elettroniku www.diversityintourism.com

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow