Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL

pr2135
Date Icon 02/10/2013

Investigazzjoni dwar ċirkolari li nħarġet minn wara dahar il-Ministeru

Iċ-ċirkolari li nħarġet dwar stipendji, datata l-1 ta’ Ottubru 2013, saret minn wara dahar il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u mingħajr ebda approvazzjoni politika.  Din ġiet irtirata immedjatament hekk kif ġiet għall-attenzjoni tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol.

Il-Ministeru qatt ma awtorizza, jew intalab jawtorizza tnaqqis jew tneħħija ta’ xi forom ta’ stipendji fil-Higher Secondary tan-Naxxar jew fis-Sixth Form ta’ Għawdex. L-istess jgħodd ukoll għal dawk l-istudenti li qed isegwu xi kors fl-MCAST, Junior College, Higher Secondary jew Sixth Form ta’ Għawdex. Dan jgħodd għal kull istituzzjoni edukattiva fejn l-istudenti jirċievu stipendju.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed jinvestiga x’wassal biex tinħareġ din iċ-ċirkolari li ma kellha ebda forma ta’ approvazzjoni Ministerjali.

Il-politika tal-Gvern dwar l-istipendji hi li dawn jissaħħu, kif fil-fatt dan il-Gvern ingħata l-mandat li jagħmel.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow