Left arrow Go Back

L-AMBAXXATRIĊI TAL-EĠITTU TAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTEŻIJA LILL-MINISTRU GĦAT-TURIŻMU

pr2132
Date Icon 02/10/2013

Waqt żjara ta’ korteżija li l-Ministru għat-Turiżmu l-Onor. Karmenu Vella kellu mingħand l-Ambaxxatriċi tal-Eġittu l-E.T Magda Baraka kien diskuss fost l-oħrajn l-andament pożittiv fis-settur turistiku f’pajjiżna.

Il-Ministru Vella spjega kif mat-80% tat-turiżmu f’Malta huwa ma’ pajjiżi Ewropej fl-istess ħin li pajjiżna qed jiżviluppa diversi niċeċ biex jattira lejh forom oħra ta’ turiżmu fosthom dak tat-tagħlim tal-Ingliż. Huwa fisser kif preżentament, f’Malta jaslu mad-90,000 persuna barranija għat-tagħlim tal-lingwa Ingliża, bis-settur kulma jmur qiegħed ikompli jispeċjalizza f’oqsma partikolari fosthom tagħlim tal-Ingliż għal dawk involuti fl-avjazzjoni u fil-mediċina.

Il-Ministru Karmenu Vella semma kif il-Ministeru qed jaħdem biex fil-qafas tal-kriterji tal-Unjoni Ewropea tinstab soluzzjoni għad-dewmien fil-ħruġ tal-Visas, kif ukoll li jiżdied it-turiżmu fix-xhur tax-xitwa.

Il-Ministru għat-Turiżmu semma wkoll kif għaddejja ħidma fis-settur tal-cruises biex ikun irkuprat it-tnaqqis li kellna dis-sena kawża ta’ deċiżjonijiet meħuda minn żewġ operaturi matul l-2012 li ma jinkludux lil Malta fl-itinerarju tagħhom minħabba żieda fil-prezz tal-fuel.

Min-naħa tagħha l-Ambaxxatriċi tal-Eġittu Magda Baraka saħqet fuq l-importanza li għandu s-settur turistiku anke jekk dan jikkontribwixxi biss bejn 12 u 13% fl-ekonomija Eġizzjana.

Hija esprimiet ix-xewqa li jkun hemm aktar skambju turistiku bejn iż-żewġ pajjiżi.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow