Left arrow Go Back

PROĠETT NAZZJONALI GĦAT-TAFFIJJA TAL-GĦARGĦAR

pr2130
Date Icon 02/10/2013

Tlesta x-xogħol fuq il-pont fi Triq Manwel Dimech, Qormi

Ix-xogħol li kien għaddej f’dawn l-aħħar xhur fuq il-pont ta’ Triq Manwel Dimech f’Ħal Qormi, b’rabta mal-proġett nazzjonali għat-taffijja tal-għaragħar (NFRP) tlesta u mil-lum, it-triq se terġa’ tinfetaħ għat-traffiku.

F’Ħal Qormi, ix-xogħlijiet b’rabta ma’ dan il-proġett jikkonsistu f’bini ta’ żewġ ‘culverts’ kbar il-wisgħa tat-triq kollha taħt Triq il-Wied, bini ta’ ‘erba’ culverts kbar taħt Triq Aldo Moro, bini ta’ żewġ ‘culverts’ ħdejn il-pont l-antik tal-korsa tal-golf, it-twaqqigħ u rikostruzzjoni ta’ tliet pontijiet - wieħed fi Triq Correa, ieħor fi Triq Manuel Dimech u ieħor fi Triq il-Mitħna, kif ukoll il-ftuħ ta’ fetħa maġenb il-pont li hemm fi Triq San Bastjan biex l-ilma jkun jista’ jgħaddi b’mod aktar faċli.  

Fil-ġranet li għaddew, tlesta wkoll ix-xogħol fuq il-pont ta’ Triq Correa u bħalissa għaddej ix-xogħol fuq il-pont ta’ Triq il-Mitħna u l-‘culverts’ ta’ Triq il-Wied.

Devjazzjoni tat-traffiku fi Triq Aldo Moro

Ix-xogħol fuq il-‘culverts’ ta’ Triq Aldo Moro nbeda min-naħa tal-Marsa Sportsgrounds u huwa ppjanat li fil-ġranet li ġejjin ikun jista’ jinbeda x-xogħol fuq dawn il-‘culverts’ li se jinvolvi devjazzjoni tat-traffiku fi Triq Aldo Moro billi se jingħalqu tnejn mit-tmien karreġġjati ta’ din it-triq. 

Biex ma jkunx hemm problemi kbar ta’ traffiku f’din l-arterja prinċipali, infetħet triq mill-eks-Marsa Shipbuilding biex parti mit-traffiku li s-soltu jgħaddi minn Aldo Moro jibda jgħaddi minn din it-triq.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow