L-ISPEAKER JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MILL-KONSLU ONORARJU TA’ VICTORIA, L-AWSTRALJA
pr2118
01/10/2013
L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor. Anġlu Farrugia, rċieva żjara ta’ kortesija mill-Konslu Onorarju ta’ Victorja, Dr Edwin Borg Manché.
Il-Konslu Onorarju wera apprezzament għaż-żjara li kien għamel l-Ispeaker f’Melbourne ix-xahar li għadda, u tenna li l-komunità Maltija ħadet pjaċir li l-Ispeaker Malti sab il-ħin sabiex jiltaqa’ u jitkellem magħhom.
Minn naħa tiegħu, l-Ispeaker, l-Onor. Anġlu Farrugia, radd ħajr lil Dr Borg Manché għax-xogħol ta’ fejda li qed jwettaq mal-Maltin fl-istat ta’ Victoria.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032