Left arrow Mur Lura

L-ISPEAKER L-ONOREVOLI ANGLU FARRUGIA JIRĊIEVI ŻJARA TA’ KORTESIJA MINN DELEGAZZJONI MINN SIRAKUŻA

pr2105
Date Icon 30/09/2013

L-iSpeaker dalgħodu rċieva delegazzjoni mill-Assocjazzjoni A.N.P.P.I.A, l-Assoċjazzjoni Nazzjonali ta’ dawk il-persuni li ġew ippersegwitati minħabba t-twemmin tagħhom kontra l-faxxiżmu, u li għandha l-Uffiċċju ewlieni tagħha ġewwa Sirakuża. Il-laqgħa fil-Parlament Malti nżammet biex jitfakkru s-70sena mill-iffirmar tal-armistizzju li kien ġie ffirmat f’Cassibile, Sirakuża nhar it-3 ta’ Settembru tal-1943.

L-iSpeaker, l-Onorevoli Anglu Farrugia, irringrazzja lid-delegazzjoni mill-awtoritajiet Sqallin taż-żjara li kienu qed jagħmlulu għaliex b’hekk  kienet qed tkompli tissaħħaħ l-għaqda bejn il-Parlament Malti u dak reġjonali ta’ Sqallija wara li l-Parlament Malti kien ġie uffiċjalment mistieden mill-Provinċja ta’ Enna kif ukoll dik ta’ Palazzolo f’Sirakuża.  L-iSpeaker irrefera wkoll għall-Maltin, fosthom l-ex Prim Ministru Nerik Mizzi, li kienu ġew internati fi żmien il-gwerra, u li għaldaqstant sofrew bħal dawk l-Isqallin li ġew mitfugħa l-ħabs minħabba t-twemmin tagħhom.

Preżenti għal-laqgħa kien hemm ukoll uffiċjali mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għall-Kultura u l-Kunsilli Lokali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow