STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU TAT-TURIŻMU
Il-Ministeru għat-Turiżmu jagħmel referenza għad-diskors ta’ dalgħodu tal-Kap Nazzjonalista Simon Busuttil dwar is-settur tat-turiżmu, fejn fost l-oħrajn staqsa fhiex wasal il-pjan ta’ ristrutturar fi ħdan l-Air Malta.
Il-Ministeru għat-Turiżmu jisħaq li jkun aħjar li l-Partit Nazzjonalista jgħid hu x’kien il-pjan tiegħu dwar l-Air Malta meta kien fil-gvern. Dan meta kien l-istess Partit Nazzjonalista fil-gvern li nnegozja l-pjan ta’ ristrutturar mal-Unjoni Ewropea.
Bħalissa l-Gvern qed iħalli lill-persuni mħallsa mill-Gvern preċedenti biex iwettqu l-mandat li ngħata lilhom, li skont l-istess Partit Nazzjonalista kellu jsalva lill-Air Malta. Dan jassigura li tintrefa’ r-responsabilità li hemm bżonn mingħajr ebda indħil tal-Gvern preżenti, sakemm dawn itemmu l-mandat li ngħata lilhom.
Other Press Releases:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032