STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI, L-AMBJENT U TIBDIL FIL-KLIMA
Il-Park Tal-Familja f’Wied il-Għajn ser jinfetaħ mill-ġdid fl-1 ta’ Ottubru – Il-Ministru Leo Brincat
Waqt li kien qiegħed jieħu sehem fil-program Sibt il-Punt fuq One Radio ppreżentat mill-Kap tat-Taqsima tal-Aħbarijiet u Ġrajjiet Kurrenti ta’ One News Manwel Micallef, il-Ministru Leo Brincat ħabbar li l-Park tal-Familja f’ Wied il-Għajn ser jinfetaħ mill-ġdid għall-pubbliku fl-1 ta’ Ottubru.
Kif imwiegħed qed jiġu ndirizzati nuqqasijiet ta’ saħħa u sigurtà fil-park
Leo Brincat spjega li l-Park tal-Familja ser jinfetaħ mill-ġdid għall-pubbliku wara li kif kien imwiegħed qed jiġu ndirizzati nuqqasijiet li kien hemm fil-park marbutin ma’ saħħa u sigurtà.
Ġew indirizzati b’mod sħiħ zoni fejn jilgħabu t-tfal akkumpanjati mill-ġenituri, skon standards mitluba mill-inġiniera mqabbda tal-health and safety.
Xogħolijiet oħrajn f’areas oħra tal-park ser ikomplu jsiru fil-jiem li ġejjien.
Family Park Management Unit
Għall-ewwel darba minn kemm ilu miftuħ il-Park tal-Familja dan il-Gvern waqqaf Family Park Management Unit li ser ikun responsabbli għat-tmexxija tal-park, kif ukoll biex jitfassal pjan għall-immaniġġjar u pjan għall-manutenzjoni tal-park kif kien mixtieq u meħtieġ li jsir.
Il-Ministru Leo Brincat serraħ ras in-nies li jssa ser ikunu jistgħu jżuru l-Park tal-Familja wara li permezz ta’ moniteraġġ tal-arja real time fit-tul, li sar għall-ewwel darba minn kemm ilu miftuħ il-park, ġie aċċertat li l-emissjonijiet mill-impjant kienu taħt il-limiti tal-livelli stabiliti mill-Unjoni Ewropeja.
Il-Park tal-Majjistral: Se jieħdu flus b’lura li ġew imċaħħdin minnhom sa mill-2011.
Waqt l-istess program il-Ministru Leo Brincat qal li f’laqgħa li kellu mal-Bord tad-Diretturi u mal-uffiċjali tal-Federazzjoni tal-Park tal-Majjistral huwa ġie aġġornat dwar il-business plan tal-Park tal-Majjistral, li ser ikun suġġett għal skrutinju fit-tħaddim tiegħu b’mod li jinħoloq spazju għall-ħidmiet ġodda li ilhom ippjanati jżda li ma setgħux jitwettqu minħabba nuqqas ta’ fondi, b’mod partikolari l-proġett ta’ visitors centre.
Ħabbar li kif kien wiegħed meta żar il-Park tal-Majjistral ftit taż-żmien ilu, dan il-Gvern għadu kif għadda l-kontribut dovut mill-Gvern lill-Heritage Parks Federation għas-snin 2011- 2012, jiġifieri s-somma ta’ kwazi €112,000 ,wara li dawn kienu ilhom ma jitħallsu mill-Gvern ta’ qabel sa minn Diċembru tas-sena 2011, ħlief għall-pagament żgħir li kien sarilhom fit-18 ta’ Frar 2013, anqas minn xahar qabel l-Elezzjoni Ġenerali.
Qal ukoll li l-Bord tad-Diretturi radd ħajr lill-Gvern talli ġie mgħoddi l-avviż legali biex jiġi regolat il-Park tal-Majjistral biex il-park jopera b’mod effettiv u strutturat.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032