L-IMMIGRAZZJONI ILLEGALI DISKUSSA BEJN MALTA U S-SOMALJA
Malta u s-Somalja ltaqgħu għall-ewwel darba bejniethom f'laqgħa mmirata biex tiftaħ il-bieb għal relazzjonijiet diplomatiċi mal-pajjiż li minnu jaslu fost l-akbar ammont ta’ immigranti illegali f'pajjiżna.
Il-laqgħa saret fuq insistenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat, li bħala wieħed mill-għanijiet ewlenin tiegħu waqt iż-żjara fil-Ġnus Magħquda, kien li jibdew il-kuntatti bejn iż-żewġ naħat, anke wara sforzi li saru fil-ġimgħat li għaddew mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin George Vella.
Dawn l-isforzi ħallew il-frott meta, wara laqgħa informali mal-Kap tal-Gvern, il-Prim Ministru u d-delegazzjoni Maltija fi New York iltaqgħu ma’ delegazzjoni tal-Gvern Somalu mmexxija mid-deputat Prim Ministru Fawzia Yusuf Adam.
Matul din il-laqgħa, Malta għamlet talba formali għal bidu ta’ relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi, liema talba se tiġi kkonfermata uffiċjalment mill-Gvern Somalu fil-ġimgħat li ġejjin.
Dan huwa l-ewwel pass biex iż-żewġ gvernijiet jibdew jaħdmu flimkien dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali.
Ġew diskussi metodi tanġibbli kif dan jista’ jsir wara li jibdew ir-relazzjonajiet.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan kien pass importanti għaliex jiftaħ il-bibien għal possibilitajiet ta’ modi kif tiġi indirizzata din il-problema li tolqot lil pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032