Left arrow Mur Lura

KOMMESSI LI NTEJBU L-KUNDIZZJONIJIET FIS-SETTUR TAL-KURA TAL-ANZJANI

pr2088
Date Icon 27/09/2013

Is-Segretarju Parlamentari għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità u l-Anzjanità Attiva Dr. Franco Mercieca qal li l-Gvern jinsab impenjat biex il-carers f’pajjiżna jkollhom kundizzjonijiet aħjar fuq il-post tax-xogħol tagħhom bil-għan li l-kura li tingħata lill-anzjani tkun tal-aqwa kwalità possibbli.

Meta kien qiegħed jattendi għal ċerimonja ta’ għoti ta’ ċertifikati f’dar tal-anzjani f’Ħ’Attard lil diversi ħaddiema u studenti li segwew korsijiet differenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, l-Onor. Mercieca tkellem dwar l-importanza ta’ dawn il-korsijiet u l-ħtieġa li aktar persuni jitħarrġu f’dan il-qasam biex inkomplu ntejbu l-livell ta’ kura speċjalizzata li jingħataw l-anzjani f’pajjiżna.

Waqt li faħħar l-inizjattiva meħuda biex isiru dawn il-korsijiet li huma rikonoxxuti internazzjonalment, Dr. Mercieca qal li x-xogħol mal-anzjani huwa importanti ħafna u jeħtieġ nies imħarrġa u kwalifikati. Huwa qal li fid-dawl tal-fatt li l-anzjani qed jgħixu aktar minħabba avvanzi kbar li saru matul is-snin fil-qasam tal-kura tas-saħħa, it-talba għal carers se tkompli tiżdied.

Hawnhekk saħaq li dan il-Gvern jinsab kommess li jkompli jaħdem biex jara li x-xoghol tal-carers jingħata l-importanza meħtieġa, fattur li jista’ jkompli jsaħħaħ il-livell ta’ kura offruta lill-anzjani nfushom. Għaldaqstant saħaq li huwa ta’ importanza assoluta li l-carers jingħataw dħul xieraq għax-xogħol li jwettqu b’tant dedikazzjoni mal-anzjani tagħna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow