Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI

pr2084
Date Icon 27/09/2013

Għandna inħaddnu l-politika tad-diċenza. Kundanna mill-Gvern għal-lingwaġġ tal-membri tal-Opożizzjoni fil-konfront ta’ Membri tal-Armata. L-Opożizzjoni gidbet meta qalet li l-Brigadier tal-Armata kien imġiegħel jirriżenja.

“Ninsab diżgustat għal ċertu kliem li intużaw fil-konferenza stampa tal-Opożizzjoni.”  Kien b’dan il-mod li l-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Dr. Manuel Mallia fetaħ konferenza tal-aħbarijiet  biex jirrispondi konferenza li saret mill-Opożizzjoni aktar kmieni.

B’referenza għal kliem “lagħqa” u “militanti Laburisti” li ntuża fil-konfront ta’ erba’ kurunelli tal-Armata f’konferenza tal-Aħbarijiet indirizzata mill-viċi Kap Nazzjonalista Dr Beppe Fenech Adami u mill-Kelliem għall-Intern Dr Jason Azzopardi, il-Ministru Mallia  qal li jinsab ixxukjat bl-immaturità politika li qed turi l-Opożizzjoni. “Tista’ ma taqbilx ma’ persuna imma li nara lill-Partit Nazzjonalista jinżel f’dan il-livell ta’ lingwaġġ, ma jawgurax tajjeb. Tradizzjonalment il-Partit Nazzjonalista qatt ma kien hekk, dan hu Partit Nazzjonalista li nbidel”, tenna Dr. Mallia. Għandna inħaddnu il-politika tad-diċenza enfasizza l-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Tant, li l-anqas meta uffiċjali għoli tal-Armata deher f’litteratura tal-Partit Nazzjonalista, qatt ma ntuża dan il-kliem fil-konfront tiegħu.

Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali qal li l-Opożizzjoni qed tipprova tispinnja l-aħbar  tal-llum li l-Brigadier tal-Armata irtira wara sitta u għoxrin sena servizz fl-Armata. Il-Ministru qal li dak li qalet l-Opożizzjoni li l-Brigadier kellu xi pressjoni biex jirriżenja, huma gidba  kif turi ittra li bagħat il-Brigadier lill-Ministru. Din l-ittra tgħid “it has been a privilege to honour  and to serve in the AFM.  I’d like to thank this opportunity to thank you for your personal support in these months.”

Il-Ministru qal li mhux talli l-Brigadier ma tneħħiex mill-pożizzjoni tiegħu, iżda jemmen li l-pajjiż għad għandu bzonn is-servizzi tal-kapaċitajiet tiegħu u b’hekk il-Brigadier ser ikollu kariga li hija ferm aħjar milli kellu.

Fir-rigward tal-kritika tal-Opożizzjoni għall-promozzjonijiet li saru fl-Armata, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali qal li dawn saru skond il-liġi u b‘differenza ta’ dak li kien isir qabel, fejn il-Prim Ministru kien jagħżel - dawn saru skont il-liġi u b'differenza milli kien isir qabel.

“Nerġa nappella lill-Opożizzjoni biex turi maturità politika u twaqqaf dan l-attakk fuq l-istituzzjonijiet kollha tal-pajjiż. Billi qed tagħmel dan, l-Opożizzjoni qed tuża l-politika tal-kuluri kif kienet użat f’billboard qabel l-elezzjoni ġenerali”, temm jgħid il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow