Left arrow Go Back

DISKUSSA L-POSSIBILTAJIET TA’ KOPERAZZJONI ĠDIDA FIL-QASAM KULTURALI BEJN MALTA U L-CANARY ISLANDS

pr2079
Date Icon 27/09/2013

F’laqgħa li kellu mal-President tal-Parlament Reġjonali tal-Canary Islands Antonio Castro Cordobez is-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kultura u l-Gvern Lokali José Herrera ddiskuta l-possibiltajiet li Malta tibda rabtiet kulturali ma’ dawn il-gżejjer. Huwa qal li bħalissa l-ministeru tiegħu qed jaħdem biex itejjeb ir-rabtiet kulturali li diġà jeżistu filwaqt li jibda oħrajn ġodda ħalli b’hekk il-kultura f’pajjiżna tagħmel qabża ‘l quddiem.

“Hemm ħafna x’nitgħallmu u x’nikkoloboraw mal-Canary Islands”, qal is-Segretarju Parlamentari. “Malta għandha ħafna x’titgħallem mill-mużew tal-arti moderna u l-gallarija tal-arti kontemporanja li hemm f’Tenerife. Huwa qal li f’pajjiżna l-Gvern diġà beda jaħdem biex ikollna spazju kontemporanju. Xi ħaġa, li l-artisti f’Malta tant jixtiequ biex b’hekk inpoġġu lil pajjiżna fuq il-mappa internazzjonali.”

Fil-fatt, bħala parti mill-żjara uffiċjali, f’Tenerife fil-Canary Islands, is-Segretarju Parlamentari, apparti żjara lill-President tal-Parlament Reġjonali żar ukoll il-mużew tal-arkeoloġija, il-mużew tal-arti moderna u l-gallarija internazzjonali tal-arti kontemporanja. Hemmhekk huwa intlaqa’ mill-kuraturi prinċipali li jieħdu ħsieb dawn it-tliet siti uffiċjali f’Tenerife. Fit-tliet okkażjonijiet, is-Segretarju Parlamentari ġie mistieden biex pajjiżna jidħol fi skambji kulturali u edukattivi biex jissaħħu l-ħiliet tal-artisti lokali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow