FTUĦ TAS-SENA FORENSI 2013/14
pr2071
27/09/2013
Nhar it-Tlieta, 1 t’Ottubru 2013, fil-10.30 ta’ filgħodu, ser issir is-seduta inawgurali fl-okkażjoni tal-ftuħ tas-Sena Forensi fl-Awla numru 22. Isiru diskorsi tal-okkażjoni mis-Sinjurija Tiegħu il-Prim Imħallef Silvio Camilleri u mill-President tal-Kamra tal-Avukati Dott. Reuben Balzan LL.D.
Għal din iċ-ċerimonja ser jattendu, fost mistiedna distinti oħra, l-Eċċellenza Tiegħu il-President ta’ Malta, is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja u l-Avukat Ġenerali.
Membri tal-istampa jistgħu jattendu.
Other Press Releases:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032