Left arrow Mur Lura

IL-PRIM MINISTRU JILTAQA MA’ AKTAR PAJJIŻI ĠIRIEN FIL-MEDITERRAN

pr2067
Date Icon 27/09/2013

Il-Gvern Malti huwa kommess li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet mat-Tuneżija. Waqt laqgħa mal-President tat-Tuneżija Mohamed Moncef Marzouki, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li huwa importanti li l-komunitajiet kummerċjali taż-żewġ pajjiżi jkollhom kommunikazzjoni mitfuħa bejniethom bil-għan li joħolqu aktar xogħol. Ippropona li jsiru iktar kuntatti bejn il-Malta Enterprise u l-organizzazzjoni ekwivalenti tagħha fit-Tuneżija bħala parti minn strateġija għat-tkabbir ekonomiku u opportunitajiet ta’ investiment.

Dr Muscat qal li l-istabbiltà f'dan il-pajjiż fl-Afrika ta’ Fuq hija importanti ħafna għall-prosperità tar-reġjun. Filwaqt li tkellem dwar l-aħħar żviluppi politiċi f'pajjiżu, il-President Tuneżin rrimarka fuq ir-relazzjoni naturali ta’ ħbiberija bejn Malta u t-Tuneżija u qal li huwa impenjat għal aktar taħditiet dwar temi ta’ interess għaż-żewġ naħat.

Intant, f'laqgħa separata mal-President tal-Libanu Michel Sleiman, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li Malta trid issaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-ġirien tagħha fil-Mediterran. Il-President Sleiman qal li huwa jara potenzjal qawwi ta’ negozju bejn iż-żewġ pajjiżi u spejga kif pajjiżu se jżomm kuntatt regolari ma’ Malta biex isir dan l-iżvilupp.

Dr Muscat esprima tħassib għas-sitwazzjoni ta’ kunflitt fis-Sirja u reġa’ ddikjara l-pożizzjoni tal-Gvern Malti favur soluzzjoni politika, u mhux militari, filwaqt li qal li min qed joħloq il-vjolenza għandu jitressaq quddiem il-ġustizzja.

Il-President Sleiman qal li l-Libanu, bħala pajjiż li jmiss mas-Sirja, jiffaċċja diffikultajiet minħabba dan il-kunflitt fost oħrajn billi daħħal ir-refuġjati kollha mis-Sirja li qed jaħarbu l-vjolenza. Dr Muscat appella lill-Libanu biex jibqa jagħti aċċess għall-għajnuna umanitarja li qed tasal fis-Sirja mingħajr ostakoli fuq il-fruntieri.


pr2067a-b: Il-Prim Ministru Joseph Muscat mal-President tat-Tuneżija Mohamed Moncef Marzouki

pr2067c-d: Il-Prim Ministru Joseph Muscat mal-President tat-Libanu Michel Sleiman

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow