L-ISPEAKER ANĠLU FARRUGIA JILTAQA’ MAS-SINJURA MARLENE BONNICI, RAPPREŻENTANT PERMANENTI TA’ MALTA GĦALL-UNJONI EWROPEA
pr2065
27/09/2013
L-Ispeaker Anġlu Farrugia kellu laqgħa ta’ kortesija mas-Sinjura Marlene Bonnici, Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, li matulha ġiet diskussa l-importanza li l-Parlament Nazzjonali Malti għandu, flimkien ma’ parlamenti nazzjonali oħra, u dan bis-saħħa tal-poteri mogħtija bit-Trattati Ewropej ewlenin, fosthom id-dispożizzjonijiet li daħlu fis-seħħ bit-Trattat ta’ Lisbona.
Ġiet diskussa wkoll l-għajnuna li tista’ tingħata lill-Parlament Malti mill-uffiċjali li hemm jaħdmu fl-Uffiċċju Permanenti Rappreżentattiv fi Brussell.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032