STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI B’REAZZJONI GĦALL-ISTQARRIJA MAĦRUĠA MILL-KELLIEM TAL-OPPOŻIZZJONI GĦALL-INTERN
Il-Kelliem tal-Opożizzjoni ma kienx attent għal dak li kien ilu jintqal. Il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Intern ilhom xhur sħaħ jgħidu pubblikament li ser titwaqqaf din l-aġenzija sal-aħħar ta’ din is-sena.
Jidher li l-Kelliem tal-Oppożizzjoni Jason Azzopardi tant kien ħsiebu jattakka kull ma jagħmel il-Gvern, li ma kienx attent għal dak li qed jintqal.
Kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Ministru tal-Intern, ilhom xhur sħaħ jgħidu pubblikament li sal-aħħar tas-sena, il-Gvern se jkun qed joħloq Aġenzija li tieħu ħsieb kwistjonijiet relatati ma' ċittadinanza u visas, fost l-oħrajn.
Jidher li Dr Azzopardi jaħseb li dan il-Gvern jaħdem bis-sistema tal-Gvern li kien parti minnu hu, jiġifieri jitkellem u ma jwettaqx. Kuntrarju ta' hekk, il-Gvern preżenti jitkellem u jwettaq.
Il-Prim Ministru qal kemm-il darba li l-ineffiċjenza li teżisti bħalissa fit-tmexxija ta' dawn l-oqsma hija inaċċettabbli, u li l-ħolqien ta' aġenzija se tgħin biex jinkisbu r-riżultati.
Stqarrijiet Oħra:
PR262033
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...
PR262032