Left arrow Mur Lura

IFFIRMAT FTEHIM BEJN MALTA U L-KUWAJT FIS-SETTUR TAL-AVJAZZJONI

pr2047
Date Icon 25/09/2013

Is-settur tal-avjazzjoni kien diskuss waqt laqgħa li l-Prim Ministru Joseph Muscat kellu mal-Prim Ministru tal-Kuwajt Jaber Al-Mubarak Al-Hamad Al-Sabah fi New York, l-Istati Uniti.


Dr Muscat semma s-suċċess ta’ Malta fil-qasam tal-manutenzjoni tal-ajruplani kif tixhed il-preżenza ta’ kumpaniji bħal Lufthansa Technik u SR Technik. Dan l-investiment wassal għal tkabbir ekonomiku fis-settur tal-avjazzjoni u Malta trid tkompli miexja f’din it-triq lejn aktar żvilupp.

Iż-żewġ naħat se jkomplu jikkolaboraw ma’ xulxin fis-settur tal-avjazzjoni permezz ta’ ftehim li ġie ffirmat fi tmiem il-laqgħa bilaterali minn George W. Vella, Ministru għall-Affarijiet Barranin, u  Sabah Khalid Al-Hamad Al-Sabah, Deputat Prim Ministru tal-Kuwajt u Ministru tal-Affarijiet Barranin. Dan il-ftehim, frott ta’ xhur ta’ diskussjonijiet, jagħti lok għal titjiriet regolari bejn Malta u l-Kuwajt bil-għan li jkun hemm aktar moviment ta’ nies u investiment bejn iż-żewġ pajjiżi.

Il-ftehim jipprovdi għal proviżjoni tas-servizzi kollha meħtieġa, bħal skedar u kapaċità, biex ikun faċilitat iċ-ċaqlieq bejn iż-żewġ pajjiżi u japplika għal-linji kollha tal-ajru li jinżlu fil-pajjiżi rispettivi, ewlenin fosthom l-Air Malta, Kuwait Airways u Jazeera Airways Company.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

Aktar Stqarrijiet Right arrow