Left arrow Go Back

L-NGO’S GĦANDHOM SEHEM SIEWI ĦAFNA FIS-SETTUR TAS-SAĦĦA

pr2045
Date Icon 25/09/2013

“Dawk li jagħtu sehmhom b’mod volontarju kif ukoll l-organizazzjonijiet mhux governattivi li jgħinu lis-settur tas-saħħa, għandhom sehem siewi f’dan is-settur; b’mod partikolari meta l-għotjiet ikunu ta’ natura li jħarsu s-sigurtà u s-saħħa kemm tal-ħaddiema f’dan il-qasam kif wkoll tal-pazjent”, qal dalgħodu l-Ministru għas-Saħħa, Dr. Godfrey Farrugia.



Il-Ministru Farrugia kien qed jitkellem waqt għotja li saret mill-Ħbieb tal-Morda u tal-Anzjani f’Għawdex lill-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Il-President tal-għaqda, s-Sur John B. Pace għadda apparat biex jintuża mill-pazjenti tal-Isptar.



Huwa qal li bħalissa l-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm addotta protokol li fih huma elenkati regoli tal-mod kif jingħataw donazzjonijiet jew apparat lis-settur tas-saħħa.



Il-Ministru Farrugia rringrazzja lis-Sur Pace f’isem l-Għaqda u qal li kulħadd għandu s-sehem tiegħu biex il-pazjenti u l-familji tagħhom ikunu jistgħu jgħixu ħajja aħjar waqt li jkunu rikoverati fl-Isptarijiet tal-pajjiz. Huwa fakkar li f’pajjiżna għandna mal-100 għaqda mhux governattiva li kollha jaħdmu mill-qrib mas-settur tas-saħħa.



Is-Sur Pace irringrazzja lill-Ministru Farrugia tal-appoġġ li sab mill-Ministeru għas-Saħħa u qal li l-għan aħħari tal-Ħbieb tal-Morda u Anzjani f’Għawdex huwa li sakemm idumu fl-Isptar, il-pazjenti jkollhom ħajja aktar komda.



Huwa ħares lura lejn it-twaqqif tal-Għaqda u wkoll ix-xogħol li għamlet minn kemm ilha mwaqqfa. Is-Sur Pace qal li l-Għaqda taħdem fuq bażi ta’ volontarjat u tiġbor il-fondi billi torganizza diversi attivitajiet u wkoll bil-ġbir ta’ għotjiet kemm mingħand il-membri tagħha kif u wkoll mill-poplu b’mod ġenerali.



Il-Ħbieb tal-Morda u l-Anzjani f’Għawdex din is-sena daħlet fil-25 sena tagħha minn mindu twaqqfet fl-1988. F’dawn il-25 sena l-Għaqda tat apparat varju għall-użu tal-pazjenti tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex. L-għan tagħha huwa li ttejjeb il-kundizzjoni tal-pazjenti, mhux biss billi tagħti apparat, imma wkoll bi żjajjar lill-pazjenti u wkoll attivitajiet oħra.



Preżenti dalgħodu kien hemm il-Kap Eżekuttiv tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex, Dr. Nadine Delicata kif wkoll health care professionals li jaħdmu fl-Isptar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta tħares lejn l-esperjenza Irlandiża biex tkompli ssaħħaħ il-kunsilli lokali

PR262033

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-GVERN LOKALI U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Malta t...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU     Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-Baġit fit-tul tal-UE

PR262032

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Il-Prim Ministru Robert Abela...

More Press Releases Right arrow